Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: Ġesù u l-agħma mit-twelid |
| |
It-Tnejn sal-Ġimgħa | Wara l-quddiesa tat-8.30am ikollna l-ezerċizzi għal kulħadd hawnhekk fil-Knisja. Jipprietka P. William Bartolo OFM Conv bit-tema ‘Mulej, int min int?’ |
It-Tnejn | Ikollna l-laqgħat tal-Kummissjoni Familja u Liturġija. |
It-Tlieta | Fid-9am fl-Oratorju tal-Knisja ta’ San Duminku, l-Grupp Lajċi Dumnikani u Tiġdid Karizmatiku qed jorgannizzaw nofstanhar Irtir f’dan iż-żmien tar-Randan bit-tema ‘Niġġeddu u Ninbidlu fil-Mulej’. Kulħadd mistieden |
It-Tlieta | Fil-5pm ikun iċċelebrat is-Sagrament tal-Ewwel Qrara għal dawk li jattendu ċ-Ċentru tan-Nigret hawnhekk fil-Knisja. |
L-Erbgħa u l-Ġimgħa | Fil-5.30pm, tintalab il-Via Sagra. Dik tal-Ġimgħa ssir quddiem l-Istazzjonijiet tal-Via Sagra, bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri. |
Il-Ħamis | Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet |
Il-Ġimgħa | Pellegrinaġġ tar-Randan għar-Redentur. Tluq fil-4.45pm fejn fis-6.00pm jkollna Quddiesa u wara ninvistaw ix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. L-aħħar ftit biljetti għat-trasport jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali. |
Illum/Għada | Tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Ġieżu. Illum ikun hemm it-translazzjoni fis-6pm, għada/llum il-quddiesa tal-festa tkun fid-9am u l-purċissjoni fis-7pm. Nawgurawlhom il-festa t-tajba! |
| |
Avviżi oħra: | Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. |
| Navżawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet. |