1. Għada/Illum niċċelebraw it-33 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.
2. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
3. It-Tberik ikompli nhar it-Tnejn b’dawn it-Toroq:
– R. Saliba, J. Muscat, Taċ-Ċagħki u Kan. Gatt Said.
4. Nhar l-Erbgħa ser issir Laqgħa ta’ Formazzjoni organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi għal kulħadd fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa fin-Nigret, fl-4.30pm jingħad ir-Rużarju, fil-5.00pm Quddiesa. Wara jkun hemm “break” u fis-6.30pm ikun hemm taħdita minn Fr. Sean Abela.
5. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
6. Nhar is-Sibt fis-7.00pm Cinema Night organizzata mill-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru Pastorali.
7. L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.
8. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
9. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
10. Tista’ tordna l-ponsiette mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.