Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Sitt Ħadd tal-Għid – jum l-Omm Il-Kannierja ser tkun miftuħa s-Sibt mit-3.30pm sas-6pm u l-Ħadd mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.15pm. |
It-Tnejn | Ikompli t-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja. It-Tnejn: Għajn Kajjet Djar u Flats E, F, G, H, I, J, Għajn Kajjet Qadima u Edward J. Nicolas. It-Tlieta: Għajn Kajjet Flats A, B, C, D u Toroq l-Iskultur, Ġarġir, Narċis u Lellux. Il-Ħamis: Għar Barka, Vivaldi, Bolzano u Mozart. Il-Ġimgħa: Toroq Antonio Nani, Pietru Grixti, Vjoala, l-Arpa u Beninju Zerafa. |
Il-Ħamis | •Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra | •Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju ser issir Velja ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste fi Pjazza Santu Wistin fis-6.30pm. Għalhekk dakinhar filgħaxija mhux ser isir Quddies fil-Knejjes tar-Rabat kollha. •Il-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-Festa tal-Munxar il-biljetti huma mibjugħa. •Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. •Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. • Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |