Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 15 TA’ DIĊEMBRU 2024

 Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Avvent.

Illum/Għada tibda n-novena tal-Milied. Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena animata mill-Kor Bażilika San Pawl. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-Komunità Parrokkjali tagħna.

Għada/Illum fis-6.00pm jibda l-ħidma Pastorali fil-Parroċċa tal-Imġarr Dun Sean Abela bħala Kappillan. Dawk li se jattendu jridu jkunu f’posthom fil-5.30pm.

It-Tnejn 16 ta’ Diċembru Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.

Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-Kummissjonijiet u tal-Għaqdiet tal-Parroċċa.

It-Tlieta 17 ta’ Diċembru Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.

Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm. Janima il-Kor Bażilika San Pawl. Nitolbu għar-refuġjati, emigranti u barranin li jinsabu f’pajjiżna.

L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Kummissjoni Liturġija. Mistiedna l-anzjani tal-Parroċċa.

Wara l-Quddiesa jkollna l-Lectio Divina.

Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna dawk li jagħtu servizz fil-Liturġija fil-Parroċċa.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru Fis-6pm Quddiesa tan-Novena tal-Milied għat-tfal, animata mill-Kummissjoni Tfal. Mistiedna it-tfal kollha. Fl-aħħar isir it-tberik tal-Bambini u tingħata tifkira.

Fit-8.30pm Novena għall-Adolexxenti u għaż-Żgħażagħ fil-Bażilika.

Is-Sibt 21 ta’ Diċembru Il-Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp Tiberija Familja. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-foqra u l-emarġinati fis-soċjetà.

Fis-7pm fil-Bażilika se jsir kunċert tal-Milied mis-Soċjetà San Pawl, Banda Konti Ruġġieru.

Avviżi Oħra •Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof se jkun qed jiġi jqaddes fil-Bażilika. Din se tkun quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am dakinhar biss issir fid-9:30am. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Għalhekk Mons. Arċisqof se jkun qed imexxi pellegrinaġġ mill-Bażilika sal-Katidral tal-Imdina fil-5pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx sabiex ikunu nistgħu nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6pm fil-Katidral.
Tags: No tags

Comments are closed.