Il-Ħadd 16 ta’ April | Vjatku Solenni u Festa tal-Ħniena Divina |
| Fit-8.15am joħroġ il-Vjatku Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa u tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Sagrament li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Sant’Antnin, Santa Marija, Konti Ruġġieru, San Publju, il-Kulleġġ u l-Pjazza tal-Parroċċa. |
| Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-Festa tal-Ħniena Divina bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
| Fil-5.00pm Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Bażilika. |
| Fis-6.00pm Quddiesa tal-Festa tal-Ħniena Divina. |
Minn nhar it-Tnejn | Ninfumawkom li mit-Tnejn li ġej, il-Quddies ta’ filgħodu ser jibda’ jkun fis-7.00am u fit-8.00am. |
Mit-Tnejn 17 sal-Ġimgħa 21 ta’ April | Ikompli it-tberik. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. |
| Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: |
| It-Tnejn: San Pawl, Fra Diegu, Doni, Doni l-Qadima u Indrì Borg. |
| It-Tlieta: Patrijiet, Bir Iljun, Dejqa, Mitħna u San Martin. |
| Il-Ħamis: Karrijiet, Żondadari, Labini, San Bartilmew, San Ġużepp, L-Isle Adam, Santu Wistin u Saqqajja. |
| Il-Ġimgħa: Għeriexem Govt. Flats u Għeriexem, Mużew, Wesgħa tal-Mużew u Vjal Santu Wistin. |
Il-Ħamis 20 ta’ April | – Filgħodu ser issir ħarġa għas-Santwarju tal-Mellieħa fejn nibdew b’Quddiesa u wara jkollna mument soċjali. Tluq fid-9.00am – Il-Private hija fully booked. |
| – Filgħaxija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm jkun hawn l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra: | Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. |
| Għal iktar informazzjoni, avviċinaw lill-Arċipriet. |
| Il-Parroċċa tagħna ser tieħu sehem fil-Festa ta’ San Pawl tal-Munxar Għawdex, il-Ħadd 28 ta’ Mejju. Fis-6.00pm ser tiġi ċċelebrata Quddiesa mill-Arċipriet tar-Rabat u wara il-Fratellanza tagħna ta’ San Pawl ser takkumpanja l-Purċissjoni. Il-Fratelli u dawk kollha li jixtiequ jattendu huma mitluba biex jaħsbu kmieni għall-biljetti. Grazzi. |
| Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-professjoni tal-Fratelli u Konsorelle fil-Fratellanzi tal-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ jipprofessaw ġentilment mitluba jħallu isimhom mal-Arċipriet. |
| Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |
| Dawk li jixtiequ jibdew jirċievu l-avviżi tal-Parroċċa permezz tal-email personali tagħhom jistgħu jirreġistraw f’din il-ħolqa: https://rabat.knisja.mt/irregistra |