Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 17 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-23  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru Issir il-ħarġa għal Għawdex. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Triq Santa Rita fis-6.30am.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru Fl-4.30pm issir il-ħarġa  għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna li kellha ssir fil-31 ta’ Awwissu u li  tħassret minħabba l-maltemp.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru Fis-7.00pm issir il-Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini għat-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof fil-Bażilika.
Avviżi oħra Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Settembru l-ġbir kollu jmur favur l-Art Imqaddsa.  Nitolbu b’mod speċjali għal dawk ħutna li jgħixu hemm.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar il-Ħadd (illum)10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd (illum) 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru l-Għaqda Kompensatriċi ser torganiżża Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej Marsaxlokk. Tluq fl-4.30pm u l-postijiet huma limitati. Bookings  sal-Ħadd 10 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru jingħata l-Mandat lil Katekisti tal-Parroċċa.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika: matul il-Ġimgħa: fis-7.00am, 8.00am u 6.00pm.

Nhar ta’ Sibt: fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u 6.00pm

Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista. tara l-Avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat. knisja.mt

Tags: No tags

Comments are closed.