Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw il-11-il Ħadd ta’ Matul s-Sena. Fil-Bażilika niċċelebraw il-Festa Solenni ta’ Corpus Domini. Jum il-Missier |
Is-Sibt 17 ta’ Ġunju | Fis-6.00pm Quddiesa tal-Komunitá Parrokkjali mmexxija mill-W.R. Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Fid-8.45pm fuq iz-Zuntier tal-Bażilika tiġi nawgurata l-infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini. |
Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju – Festa Solenni ta’ Corpus Domini | Quddies fis-6.00am u fis-7.30am Fid-9.00am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Patri Alllister Aquilina OFM Conv. flimkien mal-Kapitlu, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Fl-10.30am toħroġ l-Purċissjoni Solenni b’Ġesù Ewkaristija u ssir waqfa żgħira fil-Knisja ta’ San Franġisk. Takkumpanja l-Purċissjoni b’innijiet Sagri u Ewkaristiċi l-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru. Fl-12.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Mario Said. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament. Matul il-Purċissjoni jsiru waqfiet fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u fil-Knisja ta’ San Mark. Mad-dħul tal-Purċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. |
It-Tlieta 20 ta’ Ġunju | Fil-5.00pm Issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali. Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir il-Laqgħa tal-Għaqda Kompensatriċi. |
Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Padre Piju tal-Pjagi. |
Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Il-ġbir kollu bħal kull sena jmur għall-Obolo di San Pietro. |
Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Jum iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini Fis-7.30pm: Quddiesa fil-Pjazza organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP. Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma’ ssirx. |
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |