Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw l-25 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.

Għada/Illum fil-quddies kollu ssir il-ġabra ta’ kull sena favur l-Art Mqaddsa. Jekk jogħġobkom inkunu ġenerużi.

 

  1. It-Tlieta se tkun organizzata attività għat-tfal kollha bl-isem ta’ camp fire fuq iz-zuntier tal-Knisja. Nibdew bil-quddiesa tas-6pm hawn fil-Knisja u nkomplu bl-attivitajiet fosthom storytelling, mużika u daqq fuq iz-zuntier wara. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jattendu għal din l-attività qabel il-bidu tal-iskola.

 

  1. L-Erbgħa niċċelebraw il-296 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tagħna. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa Kantata bl-Għasar mmexxija mill-Arċipriet flimkien mal-Kleru u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

 

  1. Is-Sibt se tkun organizzata Pizza Night fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret. Biljetti mingħand Fr John Buhagiar.

 

 

  1. Il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.

 

 

  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.

 

  1. Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
Tags: No tags

Comments are closed.