Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 19 TA’ FRAR 2023

 

  1. Il-Ħadd niċċelebraw is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-Sena.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar l-Erbgħa Ras ir-Randan, il-Quddies filgħodu jkun bħal nhar ta’ xogħol: 6.00am, 7.45am u 8.30am.
  • Fil-5.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan mill-Knisja ta’ San Duminku għall-Bażilika ta’ San Pawl li jgħaddi minn Pjazza San Duminku, Kola Xara, Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Jieħdu sehem il-Kleru, l-Abbatini, il-Fratelli u t-Tfal tal-Mużew tas-Subien u taċ-Ċentru Pastorali ta’ San Luqa n-Nigret flimkien mal-ġenituri tagħhom. Kulħadd hu mistieden biex ilkoll nimxu wara Ġesu’ u nitolbu flimkien. Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tat-Tfal tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi. Ikanta l-Kor tat-Tfal tal-Bażilika.
  • Fil-Quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied.
  • Infakkru li dan il-jum huwa fl-obbligu tagħna għas-sawm u astinenza mill-laħam.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddies tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fil-kwiet.
  1. Nhar il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm laqgħa mal-Community Police fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgħa Jum il-Maħfra fil-5.00pm Adorazzjoni quddiem Ġesu’ espost organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi. Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Grupp Tiberija Familja.
  1. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm it-Tieni Laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-Bażilika.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  1. Fil-week-end li ġej il-ġbir kollu waqt il-Quddies jmur għas-Seminarju. Nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
Tags: No tags

Comments are closed.