Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 19 TA’ JANNAR 2025

Is-Sibt 18 u

l-Ħadd 19 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd ta’ matul is-Sena

Illum is-Sibt fil-Bażilika bi tħejjija għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara wara l-Quddiesa tas-6pm, Patri Christopher Caruana O.P. jagħmel riflessjoni  dwar l-Ekumeniżmu u l-Għaqda fost il-Knejjes Nsara.

Għada/Illum Festa ta’ San Publiju. Fis-5.45pm Translazzjoni bir-Relikwa mill-Knisja ta’ San Publiju għall-Bażilika ta’ San Pawl.
Fis-6.00pm Quddiesa kantata bl-Għasar bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir ripożizzjoni tar-Relikwa.
Tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Pawl.

It-Tnejn 20 ta’ Jannar Festa ta’ San Sebastjan: fil-Knisja tiegħu fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u Kurunella. Fis-6.00pm Quddiesa mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-Għarajjes  bi tħejjija mill-Qrib għal Żwieġ Nisrani, fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 21 ta’ Jannar Illum jibda t-Tberik tal-Familji fi Triq San Ġwann l-Għammied. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm.
L-Erbgħa 22 ta’ Jannar Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni.
Il-Ħamis 23 ta’ Jannar Ikompli t-Tberik f’Toroq Kola Xara u Emmauele Stivala.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar Tberik f’dawn it-Toroq: Ferris, San Luqa u San Patrizju.
Is-Sibt 25 ta’ Jannar Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

Fil-5:30pm: Għasar

Fis-6pm: Quddiesa kantata bis-sehem tal-Fratellanza u tal-Kor Bażilika San Pawl.

Avviżi oħra •Nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar se ssir l-ewwel Laqgħa għall-ġenituri u parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. Din se ssir fil-Bażilika fis-7pm.

Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-Altar. Laqgħat. Logħob u attivitajiet. Kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri jew ċemplu: 99524017.

Tags: No tags

Comments are closed.