Is-Sibt u l-Ħadd – Ħadd il-Palm |
Fl-9.45am Purċissjoni li tgħaddi minn: Pjazza tal-Parroċċa, San Katald, Sant’Agata, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba u Ċagħki. Kif tasal il-purċissjoni quddiem iċ-Ċentru tal-Mużew isir it-tberik tal-palm u tal-friegħi taż-żebbuġ u wara titkompla l-purċissjoni tgħaddi minn Triq Ferris, Kola Xara, il-Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Quddiesa għat-tfal u l-familji. |
It-Tlieta – Via Sagra |
Fis-6.30pm. Via Sagra organizzata mill-Kummissjoni Tfal bis-sehem tat-tfal tal-Parroċċa u tal-Grupp Tiberija Familja. |
L-Erbgħa |
Fis-6.30pm Riflessjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi. Ikun hawn diversi saċerdoti disponibbli għall-qrar. |
Il-Ħamis |
Filgħodu ma jsirx Quddies. |
Ħamisix-Xirka |
Fl-4.30pm Quddies ta’ Ħamis ix-Xirka għat-tfal fejn isir il-ħasil tar-riġlejn lil xi tfal. Nġibu magħna l-karus tal-imħabba. |
|
Fis-6.00pm Quddiesa Solenni u Konċelebrata fejn isir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn u jiġi mfakkar it-twaqqif tas-Sagramenti tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju. Wara l-Quddiesa jittieħed is-Sagrament fl-Altar tar-Repożizzjoni fl-Oratorju tal-Parroċċa. Wara jsiru l-visti għal dawk il-persuni li ma jistgħux imorru jitolbu minn knisja għall-oħra. Fl-10.00pm “Sahra mal-Mulej” quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja u bis-sehem tal-Grupp Tiberija Familja. Il-Knisja tagħlaq f’nofs il-lejl. |
Il-Ġimgħa |
Il-knisja tiftaħ fis-7.30am għall-visti quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni fl-Oratorju. Fit-8.00am Ċelebrazzjoni tal-Liturġija tas-Sigħat. |
Il-Ġimgħa l-Kbira |
Mill-10am sal-10.30am mument ta’ talb u riflessjoni għat-tfal fl-Oratorju tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Tfal. |
|
Fit-3.00pm Azzjoni Liturġika fejn tiġi mfakkra l-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, issir l-Adorazzjoni tas-Salib. |
Is-Sibt – Sibt il-Għid |
Fis-7.00pm tiftaħ il-Knisja. |
Fit-8.00pm tibda l-Funzjoni tal-Lejl Qaddis tal-Vġili tal-Għid. |
Il-Ħadd – Ħadd il-Għid |
Fid-9.00am Quddiesa għat-Tfal tal- Parroċċa It-tfal huma mistiedna jġibu magħhom jew figolla jew bajda tal-Għid biex titbierek fil-bidu tal-Purċissjoni. Fl-10.00am Purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt. Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru takkumpanja l-purċissjoni b’valzi tal-Għid. |
Avviżi oħra: |
Il-Ħadd ssir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet ta’ din il-Bażilika. Bħas soltu grazzi bil-quddiem. |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt. Grazzi. |