Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 2 TA’ JANNAR 2022

1a) Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina li tkun mmexxija minn Fr. Tony Sciberras MSSP.

b) Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni fis-skiet.

c) Il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-6.30pm issir Adorazzjoni bbażata fuq l-intenzjoni tal-Papa għal dan ix-xahar. – Fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal tad-Duttrina tal-5 u s-6 sena fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret mill-Arċipriet.

– Fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

d) Nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar fis-5.45pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ser issir Quddiesa organizzata mill-Moviment ta’ Kana għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2021. Fl-aħħar tal-Quddiesa Mons. Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira.

2. Illum/Għada l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-din il-Knisja Bażilika.

3. Nhar is-Sibt 15 ta’ Jannar fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2022. Wara l-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji u jagħtihom tifkira.

Tags: No tags

Comments are closed.