Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 22 TA’ JANNAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw it-Tielet Ħadd ta’ matul is-Sena.
  • Il-Ħadd fis-5.45pm Translazzjoni mill-Knisja ta’ San Publju u Quddiesa Kantata fis-6.00pm fl-okażżjoni tal-Festa ta’ San Publju fejn fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. Nhar it-Tnejn fis-7.30pm issir il-laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir laqgħa għall-Fratelli fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar l-Erbgħa fis-6.00pm Quddiesa Kantata fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Nhar il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. Nhar is-Sibt wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir laqgħa bit-tema “Nieħdu ħsieb s-Saħħa Mentali” organizzata mill-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Navżawkom li l-Ewwel Tqarbina se tkun ċelebrata nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fl-4.30pm u l-Griżma tal-Isqof tkun ċelebrata nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fis-6.00pm.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.