Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena. – Jum il-Missjoni.
Għada/Illum il-Quddies tad-9.00am issir fid-9.30am u tixxandar fuq TV Malta, imexxi l-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Fil-Pjazza tal-Parroċċa jkun hawm Villaġġ Missjunarju. Il-Ġbir kollu ta’ dan il-week-end ikun għall-Missjoni. |
It-Tnejn 23 ta’ Ottubru | Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Triq San Piju V u Misraħ San Duminku. Bħas-soltu s-Saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.
Fis-7.30pm issir Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-qrib għal żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
It-Tlieta 24 ta’ Ottubru | Tberik fit-Toroq San Trofimu u Nutar Francesco Catania. |
Il-Ħamis 26 ta’ Ottubru | Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Sant’Aristarku, San Tumas u Vincenzo Ciappara.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru | Ikompli l-Kors ta’ Kana. |
Avviżi oħra | Il-Ħadd 29 ta’ Ottubru – Pellegrinaġġ għal San Pawl tal-Ħġejjeġ. Quddiesa fl-4.30pm u wara ikla flimkien. Tluq fl-3.45pm.
Għadam ta’ Novembru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |