Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Għid |
It-Tnejn | Ikompli it-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: It-Tnejn: Triq Ħad-Dingli u Vjal il-Ħaddiem It-Tlieta: Toroq Santa Rita, Ġilormu Dingli, Mikiel Spiteri (bl-Isqaq) Il-Ħamis: Toroq Ħobbejża, Daħlet id-Dejr, Fidloqqom, Fejġel u Sammy Abela Il-Ġimgħa: Toroq il-Katakombi, Sant’Agata, Ħal Bajjada, Żagħar, Karmena Micallef, u Misraħ Suffara. FILGĦODU: It-Tnejn Għemieri u Ġnien Fieres It-Tlieta: l-Imtaħleb Il-Ħamis: Tas-Salib, Binġemma u Dwejra Il-Ġimgħa: Landrijiet, Wied il-Bużbież u l-inħawi. |
It-Tnejn | Fis-7.30pm Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għall-Żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu ssir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa | Fil-5.00pm issir Adorazzjoni organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi bis-sehem tal-Grupp Tiberija Familja. Fis-6.00pm tibda l- Quddiesa |
Avviżi oħra | Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. Ser jinfetħu l-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati. Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. Wasal il-ktejjeb Kliem il-Ħajja. Id-distributuri ġentilment jiġbru l-kotba mill-Uffiċċju Parrokkjali. Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |