Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 23 TA’ OTTUBRU 2022

    1. Għada/Illum niċċelebraw it-30 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Għada/Illum hija il-Ġurnata Missjunarja, il-ġbir kollu jmur għall-bżonnijiet tal- Missjoni.
    1. Nhar it-Tnejn  ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:

    It-Tnejn – Toroq Ħal Tartarni u Nutar F. Catania

    Il-Tlieta – Triq San Piju V

    Il-Ħamis  – Misraħ San Duminku u Vincenzo Ciappara

    Il-Ġimgħa – Triq San Trofimu

    1. Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl.
    1. Nhar il-Ġimgħa l-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Pellegrinaġġ għal Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq fit-3.30pm minn Triq Santa Rita. Biljetti mingħand il-Membri tal-istess Għaqda.
    1. Nhar il-Ġimgħa ftuħ tal-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
    1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.