Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 24 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-25  Ħadd ta’ Matul is-Sena.

Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.

Għada/Illum il-Quddies tal-10.30am tkun għat-Tfal, Għalliema u dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-iskejjel biex nitolbu lil Alla biex nibdew Sena Skolastika Ġdida mill-aħjar u fl-istess ħin nirringrazzjawH tal-vaganzi tas-sajf sbieħ li kellna  li waslu biex jintemmu. It-tfal huma mħeġġa jġibu xi oġġett li ser jużaw l-iskola biex jitbierku waqt il-Quddiesa. Ser tingħata tifkira lit-tfal kollha.

It-Tnejn 25 ta’ Settembru u it-Tlieta 26 ta’ Setembru Se jibdew il-lezzjonijiet tad-Duttrina għall-Bniet fin-Nigret.

It-Tnejn fis-6.00pm l-Ewwel Sena Preċett ta’ Marianne Borg

fil-5.00pm u fis-6.00pm it-Tieni Sena ta’ Mandy Micallef Tabone żewġ klassijiet .

fil-5.00pm u 6.00pm it-Tielet Sena ta’ Sr. Angela u Maria Vella Muscat żewġ klassijiet.

fil-5.00pm is-Sitt Sena ta’ John Seguna.

It-Tlieta fis-6.00pm l-ewwel Sena Preċett ta’ Adriana Attard.

Ir-Raba’ Sena  fil-5.00pm u s-6.00pm ta’ Antoinetta Costa żewġ klassijiet

Il-Ħames Sena fil-5.00pm u s-6.00pm ta’ Miriam Mifsud żewġ klassijiet fil-5.00pm u s-6.00pm

Is-Sitt Sena fil-5.00pm ta’ John Seguna

It-Tlieta 26 ta’ Settembru Fis-7.00pm ser issir laqgħa mal-Arċipriet fil-Mużew tas-Subien taċ-Ċagħki għat-tfal subien li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.
Il-Ħamis 28 ta’ Settembru Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjonji quddiem Ġesù Espost fil-kwiet.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru Festa ta’ San Mikiel Arkanġlu fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Mikiel u l-Kor Bażilika San Pawl.
Avviżi oħra Rabat Sacrum – Illum is-Sibt  mis-6.00pm il-Quddiem  u għada   l-Ħadd 24 mid-9.00am  sa Nofsinhar   tkompli  l-attivitá  ta’ Rabat Sacrum. Il-Bażilika,  l-Kannierja u l-Kappella ta’ San Katald ser ikunu miftuħa għall-Pubbliku.

Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.

Dan il-week-end ser ikollna l-Festa ta’ Santa Katerina tad-Daħla. Ikun hemm Quddiesa is-Sibt fis-6.30pm u l-Ħadd fl-10.00am u fil-5.30pm.

L-Azzjoni Kattolika tan-Nisa tixtieq tavża li minn nhar it-Tnejn 2 ta’ Ottubru ser jerġgħu jibdew isiru l-laqgħat wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat jibdew wara li tispiċċa l-Quddies tat-8.00am.

Tags: No tags

Comments are closed.