1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità tat-Twelid ta’ Ġesu’ Bambin.
2. Illum Lejliet il-Milied –
• Kif tispiċċa l-Quddiesa tas-6pm se tidħol il-purċissjoni tal-Bambin fejn ikollna programm qasir mtella’ mill-Museum.
• Fl-10.15pm tiftaħ il-Knisja u fil-11.00pm tibda funzjoni fejn ikollna innijiet tal-Milied u reċta mit-tfal u l-prietka tradizzjonali tal-Milied.
• F’12am Quddiesa Solenni Konċelebrata tal-Lejl tal-Milied.
3. Għada l-Ħadd Jum il-Milied – Il-quddies ikun fis-7.30am, fid-9am, fl-10.30am, f’12pm u fis-6.00pm. Il-quddiesa tas-6.00am ma ssirx.
4. Kwaranturi tal-Milied – Adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Ewkaristija minn għada t-Tnejn sa nhar l-Erbgħa 28 mid-9.00am sa 12.00pm u mill-4.00pm sal-5.30pm. Fil-5.30pm Ruzarju u fis-6.00pm Quddiesa b’dawn it-temi:
• It-Tnejn l-Ewkaristija: Ħobż maqsum u mogħti
• It-Tlieta l-Ewkaristija tagħtina missjoni
• L-Erbgħa l-Ewkaristija tagħmilna xhieda
5. Is-Sibt 31 ta’ Diċembru 2022: L-aħħar jum tas-Sena fl-4.30pm Quddiesa u fis-6.00pm Quddiesa Kantata bil-kant tat-Te Deum bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
6. Nhar il-Ħadd ikun l-Ewwel tas-Sena, issir il-ġabra għad-Dar tal-Providenza. Fejn il-bieb il-kbir issibu wkoll kaxxa għad-Dar tal-Providenza fejn tistgħu titfgħu d-donazzjoni tagħkom.
7. Navzawkom ukoll li nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-7.15pm se jkollna Kunċert tal-Epifanija hawnhekk fil-Bazilika tagħna mill-Joy Gospel Singers bis-sehem ukoll tal-Kor tat-tfal u tfal tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden għal dan il-kunċert.
8. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
9. L-Arċipriet, il-Kapitlu, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali jawguraw il-Milied u s-Sena t-tajba lil kulħadd.