Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ ĠUNJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw it-12-il-Ħadd ta’ matul is-Sena. Il-ġbir kollu tal-Quddies imur għall-Offerta ta’ San Pietru.
Għada/Illum – jum iż-ŻgħaŻagħ Rabtin PawliniFis-7.30pm Quddiesa fil-Pjazza tal-Parroċċa organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP.
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju – ħruġ tal-Vara Titulari ta’ San Pawl min-niċċaFis-6.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.00pm Jibda marċ mill–Banda Konti Ruġġieru fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Vara ta’ San Pawl fil-bieb Prinċipali tal-Bażilika. Fit-8.30pm Ħruġ tal-vara tal-Appostlu Missierna San Pawl min-niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
It-Tlieta 27 ta’ Ġunju – Jum it-Tfal tal-ParroċċaFis-6.30pm Quddiesa għat-Tfal tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-W.R. Kan. Joseph  Mizzi u Animata mill-Grupp Tiberija. Fis-7.15pm Dimostrazzjoni bis-sehem tat-Tfal li matulha tinġarr l-istatwa ta’ San Pawl li tgħaddi minn diversi toroq tal-Parroċċa bis-sehem tal-Banda Konti Ruġġieru. Wara jsir festin għat-tfal fuq iz-Zuntier.
L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju – l-Ewwel Jum tat-Tridu – jum il-Kelma t’AllaFis-6.30pm Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-Kan. Ivan Scicluna u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega-Kattolika. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-Letturi kollha tal-Parroċċa fejn jiġi mġedded is-servizz tagħhom. Tingħad il-Kurunella lill-Appostlu Missierna San Pawl, l-Innu tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Fit-8.30pm Serata Pawlina fuq iz-Zuntier.
Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju – It-Tienu jum tat-Tridu – Jum il-Komunità ParrokkjaliFis-6.30pm  l-istess bħal Jum ta’ qabel – imexxi l-Kan. George Spiteri u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. – Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parroċċa. Tingħad il-Kurunella, jitkanta l-innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewklaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju – it-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Appostolat NisraniFis-6.30pm l-istess bħal jiem ta’ qabel – imexxi l-Mons. Louis Suban u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl. Mistieden kulħadd biex bħal San Pawl inkunu xandàra tal-Kelma t’Alla. Kurunella, Innu tat-Tridu  u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
Is-Sibt 1 ta’ Lulju – Lejlet il-FestaFit-8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kan. John Buhagiar flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Kleru bil-kant tat-Te Deum u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fl-4.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali ċċelebrata min Patri Martin Coleiro OFM. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku Mons. Savio Hon Tai-Fai bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku mis-Santwarju tal-Grotta ta’ San Pawl bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini, Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Ordni tas-Santu Sepulkru.. Lura fil-Bażilika jsir l-Għasar Solenni, Salve Regina,Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.  
Il-Ħadd 2 ta’ Lulju – Nhar il-Festa Quddies tal-10.30am u ta’ l-12.00pm ma jkunx hawnFis-6.00am Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.30am Quddiesa għall-Fratelli u Benefatturi tal-Festa. Fit-8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-Kan. Joseph Mizzi Arċipriet flimkiem mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ l-paniġierku Patri Christopher Caruana O.P. Fil-11.15am Quddiesa ċċelebrata min Patri William Bartolo OfM Conv. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija min Dun Christopher Bugeja bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni bil-vara tal-Appostlu Missierna San Pawlu r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddsa ta’ San Pawl immexxija  min Dun Christopher Bugeja flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Xħin tidħol l-Purċissjoni fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Malti.
Tags: No tags

Comments are closed.