Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-26 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.

Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.

  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikolla kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Nhar il-Ħadd fil-Quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex iġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.
  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.
  1. Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
  1. Minn nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.00am jibda jingħad ir-Rużarju.
  1. Minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ottubru fid-9.15am ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
Tags: No tags

Comments are closed.