Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 26 TA’ FRAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tar-Randan.
  1. Il-Ħadd il-ġbir kollu waqt il-Quddies imur għas-Seminarju.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Fratelli.
  1. Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Familja.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fil-kwiet.
  • Il-Ħamis fis-6.30pm Adorazzjoni u Quddiesa għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikollna l-Adorazzjoni organizzata.
  1. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-ewwel Tqarbina fil-Bażilika bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara.
  1. Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew lill-kleru fis-sagristija.
  1. Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li mill-lum/għada u l-Ħdud ta’ wara ħlief fis-19 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieġdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Dawk li huma nteressati għandhom imorru fil-Kunvent tal-Patrijiet ta’ Ġieżu fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.
  1. Navzawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.
  1. Il-ġabra li saret b’risq il-Caritas għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja kienet ta’ €3320. Grazzi tal-ġenerozità tagħkom.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.