Is-Sibt 25 u
l-Ħadd 26 ta’ Jannar |
It-Tielet Ħadd ta’ matul is-Sena
Illum is-Sibt Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Fil-5:30pm Għasar u fis-6:00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza u tal-Kor Bażilika San Pawl. |
It-Tnejn 27 ta’ Jannar | Fis-7:00pm fil-Bażilika ser issir l-ewwel laqgħa għall-ġenituri u parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. It-tfal m’hemmx għalfejn jattendu. |
It-Tlieta 28 ta’ Jannar | Jitkompla t-Tberik f’dawn it-Toroq: Rudolph Saliba, John Muscat, Taċ-Ċagħki u Kan. G. Gatt Said. Is-saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm. |
L-Erbgħa 29 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tat-8:00am ikollna l-Adorazzjoni.
Fis-7:30pm issir seduta ġenerali tal-Kumitat Festi Esterni Corpus u San Pawl fis-Sala tal-Każin Soċjeta San Pawl, Banda Konti Ruġġieru. |
Il-Ħamis 30 ta’ Jannar | Tberik f’dawn it-Toroq: Pawlu Inguanez, Ta’ Qasgħa u Toni Farrugia.
Wara l-Quddiesa tas-6:00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra | •Nhar il-Ħadd li ġej 2 ta’ Frar fl-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika.
•Nhar il-Ħadd, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fil-5:30pm Għasar u fis-6pm Quddiesa Kantata. •It-Tnejn 3 ta’ Frar fis-7:00pm fil-Bażilika l-Bank of Valletta ser itella’ kunċert bil-parteċipazzjoni ta’ kwartet mill-Malta Philharmonic Orchestra, fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-BOV. Dħul huwa b’xejn u m’hemmx postijiet riservati. |