Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 26 TA’ MARZU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-Ħames Ħadd tar-Randan: Il-qawmien ta’ Lazzru. Dan il-lejl ndawru l-arloġġ siegħa ‘l quddiem.
It-Tlieta Irtir għar-Randan bejn t-3.15pm u s-6pm ġewwa l-Oratorju tas-Salesjani Ħad-Dingli organizzat mill-Għaqda Kompensatriċi
L-Erbgħa Fis-6.30pm Laqgħa ta’ Riflessjoni dwar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann mir-Rev. Dr. Martin Micallef OFM Cap fil-Bażilika.
Il-Ġimgħa Jum id-Duluri: Fl-4.30pm Rużarju f’ġieħ is-seba’ duluri ta’ Marija. Fil-5.00pm Quddiesa fil-Bażilika u fis-6.00pm Purċissjoni bl-ixbieha ta’ Marija Addolorata mill-Knisja ta’ Ġieżù. Xħin tasal fil-Pjazza ssir Quddiesa bis-sehem tal-Komunitajiet Reliġjużi tar-Rabat. Ikantaw l-Kor Bażilika San Pawl u l-Kor Tfal Bażilika San Pawl. Wara titkompla l-purċissjoni għall-Knisja ta’ Ġieżù.
Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u s-7 t’April Fl-okkażjoni tal-”Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju”, ħdejn il-bieb ta’ barra hemm kaxxi apposta biex jinġabru flus għall-fond tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.
Is-Sibt Fis-7.30pm programm ta’ mużika għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru bis-sehem tal-Korijiet tal-Bażilika.
Il-Ħadd – Ħadd il-Palm Fl-9.45am Purċissjoni li tgħaddi minn: Pjazza tal-Parroċċa, San Katald, Sant’Agata, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba u Ċagħki. Kif tasal il-purċissjoni quddiem  iċ-Ċentru tal-Mużew isir it-tberik tal-palm  u tal-friegħi taż-żebbuġ u wara titkompla l-purċissjoni fejn magħha jingħaqdu u jakkumpanjawha t-tfal lebsin ta’ Lhud, 1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides. Il-purċissjoni tgħaddi minn Triq Ferris, Kola Xara, il-Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Fl-10.30am Quddiesa tibda l-quddiesa.
Avviżi oħra: Qed ikollna prodotti tal-ħelu għall-bejgħ minn fejn il-bibien tal-Knisja. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms Marlene Borg.
L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta d-dramm ‘Marija Magdala’ fis-Sala Dun Karm Lia, llum is-Sibt u l-Ħadd fis-7pm.
Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet ta’ din il-Bażilika. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
Se ssir ħarġa għas-Santwarju tal-Mellieħa nhar il-Ħamis 20 ta’ April filgħodu u wara jkollna mument soċjali. Biljetti mill-Uffiċċju.
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt. Grazzi.
Tags: No tags

Comments are closed.