Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-21  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 28 u nhar it-Tlieta Mill-5.00pm sas-6.30pm issir ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għad-Duttrina fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret.
Nhar il-Ħamis 31 ta’ Awwissu Issir il-Ħarġa għall-Gżejjer ta’ San Pawl.

Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni organiżżata skond l-Intenzjoni tal-Papa Franġisku.

Fis-6.45pm  ser issir Velja ta’ Talb għall-istudenti fil-Knisja Ta’ Ġieżu.

Avviżi oħra Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika.

Fadal xi kotba  Kliem il-Ħajja. Id-distributuri jekk jogħġobhom jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-istess uffiċċju.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Tags: No tags

Comments are closed.