Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ OTTUBRU 2024

Is-Sibt 26 ta’ Ottubru u
Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru
Niċċelebraw it-30 Ħadd ta’ matul is-sena.

Għada/Illum il-Ħadd – Numru ta’ Adoloxxenti mill-Parroċċa se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nawgurawlhom u nitlobu għalihom.

Fid-9.00am: Griżma tal-Isqof Mużew Subien.

Fl-4.30pm: Griżma tal-Isoqf – Ċentru Pastotali tan-Nigret.

Dan il-weekend inreġgħu l-arloġġ siegħa lura għal ħin tax-xitwa.

It-Tnejn 28 ta’ Ottubru Tberik f’dawn it-Toroq: Sant’Aristarku, San Tumas u Vincenzo Ciappara. It-tberik jibda fl-4.30pm. It-tberik jasal fit-tmiemu. Grazzi lil dawk kollha li laqgħuna fi djarhom. Min jixtieq ibierek ikellem lil xi ħadd mis-saċerdoti.
L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru Fis-7pm laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru Solennità tal-Qaddisin Kollha. Il-Quddies filgħodu jkun bħas-soltu: 7.00am u 8.00am

Fl-4.30pm issir Quddiesa għat-Tfal u wara attività fuq iz-zuntier

Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

Is-Sibt 2 ta’ Novembru Tifkira Solenni tal-Mejtin Kollha. Il-Quddies fil-Bażilika jkun: 6:30am, 7:00am, 7:30am u 8.00am. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata. Mistiedna familjari u ħbieb ta’ dawk li mietu bejn Novembru 2023 u Ottubru 2024.
Avviżi oħra: •Dawk li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, huma mħeġġin jibdew jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet organizzati għalihom mill-Grupp taż-Żgħażagħ Tiberija Youths jew Museum Subien. Għal iżjed informazzjoni żur il-paġna tal-Facebook jew kellem lil Fr Karl Andrew Schembri.

•Ser isir Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali. Ħames laqgħat ta’ formazzjoni kull nhar ta’ Tlieta bejn is-6:30 u s-7:30pm. L-ewwel laqgħa ser tkun fid-29 ta’ Ottubru. Min huwa nteressat ikellem lil xi Saċerdot. Fl-aħħar jingħata ċertikat tal-parteċipazzjoni.

•Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt

•Il-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa f’Novembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm.

 

Tags: No tags

Comments are closed.