Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità ta’ Pentekoste. |
It-Tnejn | Tibda ġimgħa ta’ tagħlim, fil-Museum tas-subien mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.15pm. |
| Fis-6.30pm Quddiesa fil-Kappella ta’ Qasgha organizzata mil-Legjun ta’ Marija. |
L-Erbgħa | Issir il-laqgħa għall-Fratelli fis-7pm. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
| Fis-7pm issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Familja. |
Il-Ġimgħa | L-Ewwel ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-Quddiesa tas-6pm. |
| Isir l-ewwel qrara għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel tqarbina fil-Museum tas-Subien fis-5.45pm. |
Is-Sibt | Rehearsal għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fil-Bazilika fid-9am. |
Il-Ħadd | Fis-6pm issir l-offerta taz-Zejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija, il-Quddiesa tkun immexxija mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit. Jieħdu sehem l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. |
Avviżi oħra | Ser issir l-attività ‘Ikel Missirijietna’ organizzata mill-Kumitat Festi Esterni fuq iz-Zuntier tal-Bażilika bejn it-2 u l-4 ta’ Ġunju. |
| Il-Biljett rebbieħ tal-istatwa tal-Madonna huwa numru 25. |
| Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |