Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 28 TA’ NOVEMBRU 2021

1. Għada/Illum il-Ħadd niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.

a) Nhar it-Tnejn laqgħa ta’ talb ta’ San Mikiel, fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju ta’ San Mikiel u fis-6.00pm Quddiesa jiċċelebra Rev. Patri Joe Buttigieg OFM Cap fil-Bażilika.

b) Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina fil-Bażilika.

c) Nhar l-Erbgħa tibda l-Għeluq tas-Sena Ġużeppina fil-Knisja ta’ Ġieżu’ b’Quddiesa fis-6.00pm għall-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Joseph Mizzi. Il-ġimgħa tkompli sal-Erbgħa 8 ta’ Diċembru. Programm dettaljat fuq in-Notice Board.

d) Nhar il-Ħamis u kull nhar ta’ Ħamis wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija se tibda ssir mument ta’ Adorazzjoni fejn tinqara silta u jkollna mument ta’ silenzju.

e) Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. – Fis-6.30pm issir Adorazzjoni organizzata.

f) Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm l-Arċipriet jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru ta’ S. Luqa n-Nigret għat-tfal tas-sena tal-preċett u t-tieni sena tad-duttrina. It-tfal u l-ġenituri mħeġġa jattendu.

2. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-Knisja Bażilika. Il-ġabra tax-xahar ta’ Novembru kienet ta’ € 1187.

3. Ser jerġa’ jittella’ l-bażar mill-Grupp Tiberija Youths mill-10 sat-12 ta’ Diċembru 2021. Min għandu xi oġġetti, mhux ħwejjeġ, tajbin jista’ jgħaddihomna. Grazzi.

4. L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa tagħna se tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022. Iktar dettalji jingħataw ‘il quddiem skont iċ-ċirkustanzi f’dak iż-żmien.

Tags: No tags

Comments are closed.