Is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Diċembru | Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.
Għada/Illum il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, fid-9:30am Mons. Arċisqof se jqaddes fil-Bażilika. Quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am issir fid-9:30am. Filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Fil-5pm isir pellegrinaġġ mill-Bażilika sal-Katidral tal-Imdina u wara quddiesa fis-6pm. Għalhekk il-quddies tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx. |
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru | L-aħħar Jum tas-Sena 2024. Quddies fil-Bażilika jkun fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u fis-6.30pm. Fil-5:30pm tingħad it-talba tal-Għasar quddiem Ġesù Espost u fl-aħħar tal-Quddiesa jitkanta bil-kant tat-Te Deum.
Il-Quddies fin-Nigret tkun fis-7pm. |
L-Erbgħa l-1 ta’ Jannar | L-Ewwel tas-Sena 2025. Solennità ta’ Marija Omm Alla. Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal nhar ta’ Ħadd. Fis-6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am 12.00pm u fis-6.00pm li tkun kantata bil-kant tal-Veni Creator bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
Il-Ħamis 2 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar | L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikollna l-Adorazzjoni skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku |
Avviżi Oħra | •Ser issir Quddiesa għall-koppji li żżewġu matul is-Sena 2024, ikkonċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, illum is-Sibt 4 ta’ Jannar 2025 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fil-5.30pm.
•Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewġu matul is-Sena 2025 ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Joseph Galea-Curmi, is-Sibt 11 ta’ Jannar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5.30pm. •L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta kummiedja Għal Sold Iqaxxar Qamla nhar is-Sibt 11 ta’ Jannar fis-7pm u l-Ħadd 12 ta’ Jannar fl-4pm fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul. •Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-Altar. Laqgħat. Logħob u attivitajiet. Kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri jew ċemplu: 995240147. •Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom. |