Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-30 Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru | Fil-5.30 pm fil-Kappella Ta’ Qasha jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa f’għeluq ix-Xahar tar-Rużarju. Janima l-Grupp Tiberija Familja. |
L-Erbgħa 1 ta’ Novembru | Solennità tal-Qaddisin Kollha.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ħamis 2 ta’ Novembru | L-Għid tal-Imwiet. – Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika jkun fis-6.30am, 7.00am, 7.30am, 8.00am u 8.30am
Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata bl-Għasar għal dawk li mietu bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 bis-sehem tal-Kor Bażilika ta’ San Pawl. Fi tmiem il-Quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra fil-Bażilika, fl-Oratorju u fil-Grotta ta’ San Pawl. |
Il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru | Fis-6.00pm Quddiesa fil-Kannierja u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma ssirx.
Matul Novembru l-Kannierja tkun miftuħa x-Xahar kollu fil-ħin tal-Quddies. |
Is-Sibt 4 ta’ Novembru | Fis-6.00pm fil-Quddiesa bl-intenzjoni tas-Saċerdoti mejtin li servew fil-Parroċċa tagħna. |
l-Ħadd 5 ta’ Novembru | Il-Quddiesa tad-9.00am tkun skond l-intenzjoni għall-Erwieħ tal-membri tas–Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru. |
Avviżi oħra | Nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru fl-4.30pm Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita.
Illum/Għada ndawru l-arloġġ siegħa lura. Membri tal-Hospice Malta ser ikunu fejn il-bieb ta’ barra tal-Bażilika jiġbru d-donazzjonijiet. Għadam ta’ Novembru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali. Il-ktieb Ilwin il-Festi Maltin – Vol. 12 għall-bejgħ mingħand l-Arċipriet għal prezz ta’ €45. Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |