Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw il-22 Ħadd ta’ Matul is-Sena.
L-ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal- ġenerożità tagħkom. |
Nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru | Fil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Settembru | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ser jibda jkollna l-Adorazzjoni mit-8.30am sad-9.00am. |
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru | Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqadda Omm Tagħna Marija il-Vitorja. Ħinijiet tal-Quddies ikun bħal dak ta’ fost il-Ġimgħa.
Fil-Pjazza tal-Parroċċa fin-nofs inhar ta’ filgħodu ser ikun hawn il-Mobile Blood Donation Unit. |
Avviżi oħra | Fil-Kappella Ta’ Qasha tiġi ċċelebrata l-Festa tat-Twelid ta’ Ommna Marija b’dan il-programm:
Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju animat mill-Grupp tal-Leġjun ta’ Marija u tingħad il-Kurunella tal-Bambina. Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru bħal ġurnata ta’ qabel. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni tal-Festa mmexxija mir-Rev. Dun Sean Abela, titkanta l-Antifona Beata Mater u tingħata l-Barka Sagramentali. Festa tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Knisja ta’ San Mark Nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru fl-10.00am Quddiesa għall-morda u l-Anzjani. Fil-5.00pm titkanta t-Talba tal-Għasar. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura. Kulħadd huwa mistieden. Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb Nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar. Nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. |