Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ APRIL 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tal-Għid u Jum il-Vokazzjonijiet Il-ġbir kollu  ser imur għall-Karità.
It-TnejnL-1 ta’ Mejju – il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ nhar ta’ xogħol.
It-TlietaIkompli it-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja:
It-Tlieta: Toroq Emanuele Vitale, Santa Barbara u Anton Muscat Azzopardi
L-Erbgħa: Daħla Santa Katarina
Il-Ħamis: Bir ir-Riebu (bl-Isqaqien)
Il-Ġimgħa: Toroq Pierre Muscat u Mons. A. Buhagiar FILGĦODU:  
It-Tlieta: Wied Gerżum u Bieb ir-Ruwa
l-Ħamis: Trufijiet Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħad Dingli
Il-Ħamis• Wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu ssir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Il-ĠimgħaL-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni organizzata.
 Avviżi oħra• Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet.
• Ser jinfetħu l-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm  nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati.
• Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli.
• L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta buzzett u kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju fis-7.00pm  u l-Ħadd 7 ta’ Mejju fl-4.00pm. Biljetti mid-dħul.
• Nhar il Ħamis 11 ta’ Mejju se ssir attività fl okkażjoni ta’ Jum l Omm Fil 11 00 am ikollna Quddiesa fil Bażilika u wara mmorru nieħdu Lunch flimkien fil Wignacourt Garden Kulħadd huwa mistieden Biljetti mill Uffiċċju Parrokkjali
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm
Tags: No tags

Comments are closed.