Is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta’ Jannar | Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
Il-Ħadd fid-9am Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Il-Ħadd fil-5.00pm ser issir Ċelebrazzjoni Liturġika tal-Ġublew għat-tfal ta’ Malta kollha fil-Bażilika tal-Mosta. Tluq minn Triq Santa Rita fl-4.00pm. Is-Sibt u l-Ħadd issir il-ġabra speċjali għall-Parroċċa. |
It-Tlieta 7 ta’ Jannar | Issir laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija fis-7pm. |
L-Erbgħa 8 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 9 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra:
Is-Sibt 11 ta’ Jannar Is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Jannar Il-Ħadd 12 ta’ Jannar |
•Il-ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza mill-Bażilika kienet €4,219. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożità tagħkom!
•Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewġu din is-sena ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Joseph Galea Curmi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5.30pm. •L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta kummiedja: Għal Sold Iqaxxar Qamla fis-Sala Dun Karm Lia. Is-Sibt tkun fis-7pm ul-Ħadd fl-4pm. Biljetti mad-dħul. •Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Santu Wistin. Fl-10am issir il-Quddiesa u wara jkun hemm il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’Anton Abbati. Wara l-purċissjoni isir it-tberik fil-pjazza Santu Wistin u tingħata tifkira lil kull min jieħu sehem. •Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-Altar. Laqgħat. Logħob u attivitajiet. Kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri jew ċemplu: 99524017. |