-
Il-Ħadd niċċelebraw it-Tieni Ħadd tar-Randan.
- L-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
- Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
- Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li kull nhar ta’ Ħadd ħlief fis-19 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Dawk li huma nteressati għandhom imorru fil-Kunvent tal-Patrijiet ta’ Ġieżu fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.
- Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu ser isir pellegrinaġġ tar-Randan l-Isla organizzat mill-Parroċċa tagħna. Tluq fil-4.45pm minn Triq Santa Rita. Fis-6.00pm Quddiesa u wara vista lil Ġesu’ Redentur. Biljetti għat-trasport jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Navzawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.
- Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt