Il-Ħadd 7 ta’ Lulju –
Jum il-Festa |
L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena
Fis-6.00am Quddiesa tal-Komunitá Parrokkjali. Iqaddes Fr William Bartolo OFM Konv. Fis-7.30am Quddiesa għall-Benefatturi tal-Festi. Fit-8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mis-Saċerdot Novell il-W.R. Dun Karl Andrew Schembri flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ il-Paniġierku Patri Mario Attard OFM Cap. Fil-11.15am Quddiesa tal-Komunità. Iqaddes Fr Joseph Fsadni. Din issir minflok il-Quddies tal-10.30am u ta’ 12.00pm. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija mill-W.R. Kan. Louis Farrugia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni bil-Vara Titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl u r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddes ta’ San Pawl immexxija mis-Saċerdot Novell Dun Karl Andrew Schembri flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata. |
L-Erbgħa 10 ta’ Lulju | Fit-8.30am issir Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 11 ta’ Lulju | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju | Fis-7.00pm fil-Knisja tal-Parroċċa tal-Mellieħa ddedikata lit-Twelid ta’ Ommna Marija Santissima ir-Rev. Dun Karl Andrew Schembri ser jiċċelebra Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju. |
Is-Sibt 13 ta’ Lulju | Preżentazzjoni tat-Trabi. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi u organizzata mill-Kummissjoni Familja. |
Avviżi oħra | Nhar it-Tnejn 15 ta’ Lulju isir id-dħul tal-vara fin-niċċa. Quddiesa fis-6:30pm.
Nhar il-Ħadd 21 ta’ Lulju fis-6.00pm f’għeluq il-Ħamsin Sena Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Fr. Dominic Cachia MSSP is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl tistieden lil Arċipriet, Kapitlu, Kleru, Familjari, Qraba u Ħbieb u lil kulħadd għall-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fil-Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat. Wara l-Ewkaristija nkomplu b’riċeviment fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Il-preżenza tagħkom hi apprezzata ħafna. Id-donazzjoni tiegħek tgħin lil missjonijiet tal-MSSP. Tixtieq Issir Abbati? Tfal subien minn 6 snin ‘l fuq. Min jixtieq isir Abbati jkellem lil Fr Karl Andrew Schembri. |