Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 7 TA’ MEJJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw Il-Ħames Ħadd tal-Għid Dan il-week-end il-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-Bażilika tagħna. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
It-TnejnIkompli t-tberik  – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja.
It-Tnejn: Toroq Pawlu Inguanez, Ta’ Qasgħa u Toni Farrugia
Il-Ħamis: Toroq Frantonn, Dun Mikiel Callus, Mons. G. Depiro, Għbbejra, Siġar u Affreski.
Il-Ġimgħa: Toroq Tabija u Torri l-Aħmar.
Il-Ħamis•Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
 Avviżi oħra•Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet.
•Qed isir  il-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm  nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati.
Fully Booked.
•Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli.
•L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta buzzett u kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia llum s-Sibt fis-7.00pm u Għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mid-dħul.
•Nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju se ssir attività fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Fil-11.00am ikollna Quddiesa fil-Bażilika u wara mmorru nieħdu Lunch  flimkien fil-Wignacourt Garden. Kulħadd huwa mistieden. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
•Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju se ssir Funzjoni Marjana fil-Knisja tad-Duluri l-Ħamrun. Fil-5.00pm issir siegħa Adorazzjoni u wara Quddiesa. Kulħadd imħeġġeġ biex iġib miegħu xema biex noffruha lil Madonna. Wara jkollna Get Together. Tluq mill-Venda tal-Monti fl-4.00pm.

Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm
Tags: No tags

Comments are closed.