Is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru | Niċċelebraw it-Tieni Ħadd tal-Avvent.
Illum is-Sibt, fis-6.45pm Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-SS. u tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja b’innijiet Marjani. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Bir-ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, ir-Rebħa, il-Kbira, l-Isptar, San Franġisk, Ġorġ Borg Olivier, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa. Jekk it-temp ma jippermettix il-Pellegrinaġġ joħroġ għada l-Ħadd wara l-Quddiesa tad-9.00am. Jekk ikun il-każ il-Quddiesa tal-10.30am ma ssirx. Għada/Illum Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-festa bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u tal-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir il-kxif tal-irħama kommemorattiva. |
L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Fl-4:30pm se jkun hawn kunċert fil-Bażilika mill-Visual Imparment Group. Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Lectio Divina. |
Is-Sibt 14 ta’ Diċembru | Fis-6:45pm se ssir l-Inawgurazzjoni tal-Orgni irrestawrat, b’kunċert u spjega qasira tax-xogħol li sar. |
Avviżi oħra | •Open Day Dar ir-Rabtin – Uffiċċju tal-Kunsill Lokali – illum il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-10.00am sa nofsinhar u mill-4.00pm sas-6.00pm.
•Wirja fil-Mużew Wignacourt – Ġrajjet Tliet Koppli. Din se tibqa’ miftuħa sat-Tlieta 10 ta’ Diċembru. Dħul għal wirja biss ikun mingħajr ħlas. •Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru – l-Festa tal-Immakkulata Kunċiżjoni f’Wied Gerżuma. •Il-Komunità Parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr għandha l-pjaċir tistedinkom għall-bidu tal-ħidma Pastorali ta’ Dun Sean Abela bħala Kappillan waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024 fis-6.00pm. Wara jsir riċeviment fl-Oratorju Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija fi Triq San Pawl. Min se jattendi jrid ikun f’postu fil-Knisja sal-5.30pm. •Minn nhar il-Ħadd 15 sat-Tnejn 23 ta’ Diċembru ssir in-novena tal-Milied fil-Bażilika. Għalhekk, se jkun qiegħed jitqassam il-programm tal-Milied fid-djarkom fil-ġranet li ġejjin. •Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof se jkun qed jiġi jqaddes fil-Bażilika. Din se tkun quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am dakinhar biss issir fid-9:30am. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Għalhekk Mons. Arċisqof se jkun qed imexxi pellegrinaġġ mill-Bażilika tagħna sal-Katidral tal-Imdina fil-5pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx sabiex ikunu nistgħu nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6pm fil-Katidral. |