1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ l-Epifanija tal-Mulej.
– Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
– Għada/Illum fil-5.00pm Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament organizzata mill-Arċikonfraternità tas-Sagrament li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Katakombi, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba, Ċagħki, Ferris, Kola Xara, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa. Kif tidħol il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali.
– Fis-6.00m Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
2. Nhar it-Tnejn l-Għaqda Kompensatriċi ser żżur il-Parroċċa tas-Siġġiewi fejn jingħad ir-Rużarju u wara ssir Quddiesa. Tluq minn Triq Santa Rita fil-5.00pm.
3. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm ser issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
4. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu jkollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
5. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Santu Wistin ser tiġi ċċelebrata il-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bit-tberik tal-bhejjem, annimali u pets. Fl-10.00am issir il-Quddiesa u wara jkun hemm il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Sant’Anton Abbati. Wara l-purċissjoni jsir it-tberik fil-Pjazza Santu Wistin u tingħata tifkira lil kull min jieħu sehem.
6. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt