Il-Ħadd | Niċċelebraw l-Għid il-Kbir – Il-Qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. |
| Fid-9am Quddiesa għat-tfal u fl-10am toħroġ il-purċissjoni. |
It-Tnejn | Jibda t-tberik – Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: |
| It-Tnejn – Pjazza, S.Katald, Cosmana Navarra, S.Franġisk u Sqaq S. Franġisk |
| It-Tlieta – S.Antnin, S.Marija, S.Publiju u Konti Ruġġieru |
| Il-Ħamis – Kulleġġ u Sqaqien |
| Il-Ġimgħa – Kbira, Repubblika, Sptar u Rebħa |
It-Tnejn | Fis-7.30pm Laqgħa għall-għarajjes bi tħejjija mill-qrib għaż-żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali. It-tieni laqgħa mbagħad issir it-Tnejn 24 ta’ April. |
It-Tlieta | Il-Grupp tat-Talb ta’ San Piju ta’ Pietralcina għall-ewwel darba se jiltaqa’ fil-Parroċċa tagħna fil-5.30pm jkun hemm rużarju, tingħata l-Barka Sagramentali u wara jkun hemm il-quddiesa tas-6pm. Kulħadd mistieden. |
L-Erbgħa | Fis-6.30pm fiċ-Ċentru Pastorali se ssir laqgħa oħra għall-Fratelli tal-Parroċċa. Dawk li jixtiequ jingħaqdu mal-fratelli huma mħeġġa jattendu. |
Il-Ħamis | Fis-7.30pm ser issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Familja. |
Il-Ġimgħa | Wara l-quddiesa tas-6pm, nimmeditaw l-erbatax-il stazzjon tat-Triq tad-Dawl – mill-Qawmien ta’ Ġesu sa Pentekoste – il-Via Lucis animata mill-Grupp Tiberija Familja. |
Il-Ħadd | Fit-8.15am joħroġ il-Vjatku Solenni u fid-9am Quddiesa Kantata tal-Ħniena Divina. Imbagħad fil-5pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Bażilika. |
Avviżi oħra: | Se ssir ħarġa għas-Santwarju tal-Mellieħa nhar il-Ħamis 20 ta’ April filgħodu fejn nibdew b’quddiesa u wara jkollna mument soċjali. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. |
| Se jsir Pellegrinaġġ Djoċesan għal-Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. |