L-Istorja tal-bini tal-Knisja ta' San Pawl tar-Rabat
Mal-hajt tal-bieb principali tal-Knisja ta’ San Pawl, minn naha ta’ gewwa, fuq in-nicca ta’ Gesu’ Nazzarenu, hemm skrizzjoni kbira mnaqqxa fl-irham li tfakkar it-tmiem minn kollox tal-bini tal-knisja, li giet imkabbra, mibnija mill-gdid u dotata b’kull ma kienet tehtieg minn-nobbli sinjura Guzmana Navarra mill-parrocca taghna. Bir-ragun kollu ghalhekk inqisu ‘l Guzmana bhala l-fondatrici tal-knisja tal-llum. Dik ta’ qabilha kienet giet konsagrata mill-isqof Royas fl-1571 u tlestiet fl-1578.
Naghtu qabel xejn it-traduzzjoni bil-malti ta’ din l-iskrizzjoni: “Fis-sena 1683 in-nobbli Guzmana Navarra bniet mill-gdid mill-pedamenti, bi flusha, f’din is-sura aktar sabiha, it-tempju li ta’qabilna kienu ddedikaw lill-Appostlu San Pawl Nawfragu, li sittax-il mitt sena ilu f’dan il-post kien xandar il-kelma t’Alla. Hija ghanietha u ddotata b’renta ta’ kull sena.”
Guzmana Navarra kienet tat bidu ghall-bini tal-knisja tletin sena qabel izda x-xoghol kien ha wisq aktar zmien milli kien mistenni. Mhux ghax kien hemm xoghol ta’ tletin sena jew ghax ma kienx hemm haddiema, izda ghax waqaf ghal darbtejn minhabba cirkostanzi li ser insemmu.
Il-bidu tal-bini sar fl-1653, izda mbaghad waqaf; fl-1664 rega’ tkompla barra l-kappellun ta’ San Stiefnu; dan ta’ l-ahhar ittellgha u tlesta ghal kollox mill-1680 sal-1683. Dan it-taghrif ninsabu f’posizzjoni li natuh minhabba kuntratt bil-wisq importanti li b’xorti tajba sibna fl-arkivju tan-nutar Nikola Allegritto bejn Guzmana Navarra u zewg imghallmin ghat-tkomplija tal-knisja li l-bini taghha kien beda u waqaf hafna snin qabel. Aktar taghrif fuq il-bini rrizulta mill-Visti Pastorali ta’ dawk it-tletin sena u minn kittieba ta’ dak iz-zmien.
Min kienet Guzmana Navarra?
Guzmana kienet ir-raba’ wild tat-tabib Giovanni Cumbo bin Gakbu u ta’ Cornelia Navarra bint Pawlu. Hija twieldet fil-parrocca taghna fl-1600. Fit-22 ta’ Gunju 1625 izzewget lil Lorenzo Cassar mill-Imdina: minn dan iz-zwieg ma twieldux tfal. Mietet ta’ 87 sena, fit-30 ta’ Jannar 1687 wara li lahqet lestiet u gawdiet ghal erba’ snin shah il-bini tal-Knisja. Tinsab midfuna fil-kappellun ta’ Sant’Anton li hu guspatronat taghha.
Minn dan it-taghrif jirrizulta li l-kunjom veru ta’ xbubitha hu Cumbo u kunjomha ta’ mizzewga hu Cassar. Izda hi dejjem gabet il-kunjom t’ommha, Navarra.
Fil-parrocca taghna ghandna zewg ritratti-pittura taghha. Wiehed juri lil Guzmana bil-wieqfa hdejn id-dar taghha tar-Rabat, faccata tal-Knisja, bil-Knisja u z-zuntier, zewg opri taghha, lesti ghal kollox. Donnu dan ir-ritratt tpitter biex jirraprezenta lill-Guzmana bhala l-fondatrici tal-Knisja. F’idejha mbaghad ghandha l-pjanta tal-Knisja ta’ San Pawl. Ir-ritratt l-iehor hu pittura ta’ Gannikol Buhagiar u sar fl-1735 mir-rettur tal-guspatronat ta’ San Anton u jinsab fis-sagristija, mal-hajt ta’ l-istess kappellun. L-istemma jew l-arma ta’ Guzmana tinsab f’hafna postijiet fil-knisja, fuq il-qabar taghha, fiz-zewg kwadri, fuq it-titular, fil-fided li tat.
Tinbrns l-Knisja fl-1653
Kien fis-sena 1653 u zgur wara t-3 ta’ Gunju li nghata bidu ghall-bini ta’ knisja akbar u isbah li l-htiega taghha kienet ukoll qed tinhass kemm ghal raguni ta’ prestigiu kif ukoll minhabba hsarat. Il-pjanta saret mill-arkitett militari ta’ l-Ordni, Francesco Buonamici. Ix-xoghol beda fi zmien l-arcipriet Don Andrea Galea. Twaqqghet is-sagristija l-qadima u t-tribuna u bdiet tinbena l-parti l-gdida li kellha tikkonsisti fil-pilastri magguri li fuqhom imbaghad titla’ l-koppla kif ukoll il-kappelluni. Jidher li x-xoghol ma damx sejjer snin twal sa ma waqaf.
Is-sena 1653 nafuha minghand il-Kommendatur Fra Bortolomeo Dal Pozzo, li x-xoghol ma kienx ghadu beda fit-3 ta’ Gunju jirrizulta mill-vista pastorali ta’ l-isqof Balaguer li f’dik il-gurnata zar il-parrocca, iddeskriva l-altari u s-sagristija izda ma semma ebda hjiel ta’ twaqqigh u ta’ bini gdid. Izda meta l-istess isqof zar il-knisja fil-vista ta’ wara, fit-18 ta’ April 1656, huwa kkummenta li l-knisja kienet qed tinbena mill-gdid, li kellha s-sagristija u t-tribuna mwaqqghin, li kellha tinbena l-koppla u l-kappelluni u li l-benefatturi kienu Lorenzo Cassar u martu Guzmana. Lilhom il-vizitaturi heggewhom ferm biex ikomplu dik l-opra qaddisa.
Din id-deskrizzjoni donnha tatik x’tahseb li almenu l-ewwel fazi kellha tkun biss it-tkabbir bla ma titwaqqa l-korsija. Il-Vista ta’ wara li saret fil-5 ta’ Gunju 1662 ma rrapurtat l-ebda progress u halliet ukoll barra l-isem ta’ Guzmana: haga li tatik x’tahseb li x-xoghol kien ga waqaf.
Ghidna li l-arkitett kien Buonamici, kif jirrizulta mill-kuntratt li fl-1664 Guzmana stess ghamlet ghat-tkomplija tax-xoghol. Meta qabbdet lil Buonamici, Guzmana kienet qed tqabbad bniedem ta’ hila u esperjenza, inginier militari li l l-Ordni gab minn Lucca u li ghex fostna mill-1635 sal-1659. Dan Buonamici ma kienx gdid ghar-Rabat ghax ftit snin qabel, il-kollegjali kienu gabuh biex jiddisinja dak il-bini sabih li kellu jservi ghar-residenza taghhom, il-Kullegg. Insibu fl-ewwel volum tal-kontijiet hlas ta’ 5 tari’ ghat-trasport ta’ dan l-inginier biex jaghmel il-pjanta tal-Kullegg u spiza ta’ 218 skud ghall-bini ta’ l-ewwel parti tieghu. Forsi kien il-gmiel ta’ dak l-istil gdid u sabih fl-aqwa tieghu li hajjar lil Guzmana tqabbad lil istess perit jaghmlilha l-pjanta tal-knisja u jtella’ bini li ma jaghmilx ghajb lil dar ta’ residenza vicina.
Dwar il-bzonn ta’ knisja gdida jitkellem Patri Pelagju kapuccin fl-istorja tal-Grotta li kiteb. Huwa jghid li l-knisja ta’ qabel kienet ‘torturata’ bil-hsarat kemm tat-temp kemm tal-assedji. Izda ghaliex waqaf il-bini ma nafux fiz-zgur. Nafu biss li ghal wiehed mill-kappelluni, dak ta’ San Stiefnu, kien mehtieg li Guzmana takkwista spazju li kien proprjetà tal-Ordni u l-Granmastru ma riedx jatihulha. Ir-raguni hi li z-zewg knejjes li kienu jmissu ma’ xulxin, il-Parrocca ta’ San Pawl minn naha u l-Grotta b’San Publiju fuqha, kienu wahda ta’ l-isqof u l-ohra tal-Granmastru. Il-Grotta kienet ghaddiet f’idejn l-Ordni fl-1617 u dan il-passagg qajjem tilwim kbir ta’ gurisdizzjoni bejn iz-zewg mexxejja. Ma kienx ghathekk daqshekk facli ghal Guzmana li tiehu l-ispazju ghal dak il-kappellun u kellha tistenna mhux hazin sakemm qalghet il-permess mehtieg.
Cirkostanza ohra setghet kienet it-tilwima li Guzmana kellha ma’ l-arcipriet Gio. Antonio Cauchi dwar il-pretensjoni taghha li minhabba l-benefikati li ghamlet u kienet behsiebha taghmel, tindaqqilha l-qanpiena l-kbira fl-okkazjoni tal-mewt taghha, haga li d-dritt kanoniku ma kienx jippermetti.
Titkompla il-knisja fl-1664
Izda fis-16 ta’ April 1664 gewwa l-Imdina fl-atti tan-nutar Nikota Allegritto, Guzmana ghamlet kuntratt ma’ Lorenzo Gafà bin Tumas mill-Birgu u ma’ Pawluccju Farmusa miz-Zurrieq biex dawn ikomplu jibnu u jlestu l-knisja diga mibdija. Minn dan il-kuntratt hareg bosta taghrif:
a)l-isem tal-arkitett Buonamici li kien ghamel il-pjanta u li l-pjanta tieghu kienet qed tigi murija lill-imghallmin biex jimxu fuqha. Nikkummentaw hawnhekk li meta sar dan il-kuntratt maz-zewg mghallmin, Buonamici kien diga halla Malta u l-post ta’ inginier militari kien hadu l-Franciz Mederico Blondel. b) ix-xoghot li kien diga tlesta: bicciet mill-kampnar u mill-knisja: din il-parti kienet digà iccangata. c) ix-xoghol li kellu jsir: tinbena n-navata principali bil-faccata taghha, jigi ccangat il-paviment, jinbnew l-altari bl-iskannelli ta’ fuqhom u t-tarag tahthom, isiru l-hwat ta’ l-ilma mbierek u z-zewg nicec mal-hajt tal-bieb principali minn gewwa, jitlesta l-kampnar, tinbena jekk ikun mehtieg gallarija ghall-orgni, isir bokkaport ghall-karnierja u jigi perpetwat it-tarag li mill-knisja jaghti ghall-grotta. d) taghrif fuq kwalità ta’ gebel u barrieri, balavostri u ornamenti bl-arma ta’ Guzmana li kellhom jitqeghdu fil-faccata u fl-arkata ta’ kull artal. e) taghrif fuq prezz u zmien: il-bini kollu kellu jqum 1700 skud u kellu jinkludi x-xoghol li kien ilu sejjer mid-19 ta’ Jannar. Inghata zmien ta’ sena u nofs biex fih tigi skavata knisja sotterranea (jew kannierja). Il-hlas kellu jsir waqt ix-xoghol: parti thallset mal-kuntratt, thallset somma ta’ 460 skud akkont fis-26 ta’ Mejju, u l-bqija fi drabi ohra.
Jidher li l-Knisja l-gdida pjantata minn Buonamici u fdata lil Lorenzo Gafà u siehbu ma kenitx qed taghmel ghajb lill-bini maestuz tal-Kullegg ta’ l-istess Buonamici izda zgur kienet qed taghmel ghajb lil dik il-kappella ckejkna ta’ San Publiju mibnija fuq il-grotta li kienet tmiss mal-parrocca li kienet qed tinbena. Bl-ordni tal-Granmastru, fl-1665, Mederico Blondel, is-successur ta Buonamici ghamel akkordju ma’ 1-istess Lorenzo Gafa’ biex jibni mill-gdid il-knisia ta’ San Publiju, bi hlas ta’ 230 skud. Wara l-hlas registrat f’hames ircevuti tan-nutar Nikola Allegritto, Gafà rcieva hlas addizzjonali ta’ 30 skud iehor. Hekk gara li Gafà kien qed jibni f’daqqa zewg knejjes imissu ma’ xulxin, il-Parrocca ta’ San Pawl u l-Knisja ta’ San Publiju. Mhux dik tal-llum, izda ohra li nhattet biex fl-1726 flokha titla dik tal-llum, pjantata u mibnija minn Salvu Borg tas-Siggiewi, mghallem li wara Gafà donnu kien migjub hafna mill-Ordni. Ma nafux jekk il-knisja ta’ San Publiju li bena Gafà kenitx fuq pjanta ta’ Blondel jew ta’ Gafà stess jew haddiehor.
Iz-zewg kuntratti ma’ Lorenzo Gafa’, dawk tal-1664 (S. Pawl) u 1665 (S. Publiju) huma ferm importanti ghall-karriera artistika ta’ Gafa’. Lorenzo Gafa’ twieled fl-4 t’Awissu 1639 u hadem hafna bhala bennej, skultur u arkiterr. Minn studji dwar il-hidma tieghu jissemmew madwar l-1666 xogholijiet zghar ta’ prospettivi ta’ altari fil-Belt (l-erwieh) u l-Birgu (S. Pietru u S. Skolasitka) izda ma jissemmewx kuntratti kbar. Dawn tar-Rabat, meta kellu biss 25 u 26 sena, jidhru li huma l-ewwel zewg kuntratti kbar tieghu. Barra dan huma nteressanti ghax jorbtu l-isem ta’ Gafa’ ma Buonamici u ma Blondel fi stil gdid barokk li kien diehel Malta u li Gafa’ tah l-oghla forma tieghu.
Dwar il-progress tal-Knisja ta’ San Pawl ghandna taghrif fil-Visti Pastorali. Fis-7 ta’ Jannar 1666 il-kappellun ta’ San Anton kien tlesta (Visita ta’ Bueno). Fis-1672 il-knisja kienet lesta ghal kollox (donnhom qatghu jieshom li ghad jinbena l-kappellun l-iehor) bir-rizorsi u d-devozzjoni ta’ Guzmana. Jinghad li kellha erba’ bibien u l-knisja hi msejha manifika (visita ta’ Astiria).
M’hemm ebda dubju li Guzmana baqghet issebbah il-Knisja. Fl-1678 hija qeghdet it-titular il-gdid ta’ Stefano Erardi bil-Glorja ta’ San Pawl fuqu, waqt li s-sena ta wara hija arrikkiet iz-zuntier bl-istatwa ta’ San Pawl fuq pedestall bi skrizzjonijiet, kopja tal-gebel ta’ l-istatwa ta’ San Pawl li Melkjorre Gafà ghamel fil-Grotta.
Il-Knisja titlesta fis-Snis 1680-1683
Fit-2 ta’ Mejju 1680 nhatar Granmastru gdid, Nicola Cotoner, Guzmana tenniet lilu t-talba taghha f’dak l-istess jum u hut aha l-ispazju li kellha bzonn biex tlesti l-knisja. Il-kummissjaru tax-Xogholijiet ta’ l-Ordni gie mitlub jirrelata u tal-permess li nghata talab kumpens mhux hazin ghax gieghel lil Guzmana tibni dik is-sagristija sabiha li hemm illum fil-knisja ta’ San Publiju u taghmel tibdil fit-titular. It-titular tal-knisja ma kienx inkwadru izda statwa tal-injam induratau mqeghda go nicca li turi lil San Publiju. Guzmana kellha tghollija l-fuq u zzejjinha biex titgawda aktar. Meta gie biex jitwettaq dan l-ordni, gara xi haga. Il-kollegjali ddecidew li jnehhu l-istatwa u ghamlu minflokha t-titular sabih ta’ Mattia Preti li juri l-Madonna liebsa s-salib ta’l-Ordni bil-Bambin hdejha u lil San Publiju u San Gwann Battista. Ta’ dan il-kwadru Preti ha 300 skud.
Irridu nahsbu li Guzmana ma damitx ma tat bidu ghall-bini tal-kappellun u li x-xoghol sar taht is-sorveljanza ta’ l-istess Gafa’. Ma nstabux kuntratti u lanqas ghandna registri tal-kontijiet. Billi l-ispejjez thallsu mill-benefattrici l-ircevuti baqghu ghandha. Nafu minn Patri Pelagju li fl-istess zmien, taht id-direzzjoni ta’ Gafa’, giet riformata l-faccata tal-Knisja ta’ San Publiju. Ma dan jaqel Fortunato Panzavecchia (li miet fl-1850) li jghid li ta’ Gafa huma z-zewgt ignub tal-faccata tal-Knisja. Huwa jzid li Gafa’ bena wkoll il-koppla tal-Knisja.
Fl-14 ta’ Dicembru 1683 Guzmana ghamlet att li bih ghaniet lill-knisja b’dota rikka. Hija rat il-holma taghha mitmuma u ghalkemm kien ghad baqghu x’jsiru l-ornamnenti u l-kwadru titulari tal-kappellun hija setghet tqis l-opra kompluta.
Aktar dettalji:
Mons Gwann Azzopardi – L-ISTORJA TAL-BINI TAL-KNISJA TA’ SAN PAWL TAR-RABAT (Il-Festi Taghna, 1998)