Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Avvent.
Illum/Għada tibda n-novena tal-Milied. Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena animata mill-Kor Bażilika San Pawl. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-Komunità Parrokkjali tagħna. Għada/Illum fis-6.00pm jibda l-ħidma Pastorali fil-Parroċċa tal-Imġarr Dun Sean Abela bħala Kappillan. Dawk li se jattendu jridu jkunu f’posthom fil-5.30pm. |
It-Tnejn 16 ta’ Diċembru | Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.
Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-Kummissjonijiet u tal-Għaqdiet tal-Parroċċa. |
It-Tlieta 17 ta’ Diċembru | Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.
Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm. Janima il-Kor Bażilika San Pawl. Nitolbu għar-refuġjati, emigranti u barranin li jinsabu f’pajjiżna. |
L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru | Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Kummissjoni Liturġija. Mistiedna l-anzjani tal-Parroċċa.
Wara l-Quddiesa jkollna l-Lectio Divina. |
Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru | Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna dawk li jagħtu servizz fil-Liturġija fil-Parroċċa. |
Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru | Fis-6pm Quddiesa tan-Novena tal-Milied għat-tfal, animata mill-Kummissjoni Tfal. Mistiedna it-tfal kollha. Fl-aħħar isir it-tberik tal-Bambini u tingħata tifkira.
Fit-8.30pm Novena għall-Adolexxenti u għaż-Żgħażagħ fil-Bażilika. |
Is-Sibt 21 ta’ Diċembru | Il-Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp Tiberija Familja. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-foqra u l-emarġinati fis-soċjetà.
Fis-7pm fil-Bażilika se jsir kunċert tal-Milied mis-Soċjetà San Pawl, Banda Konti Ruġġieru. |
Avviżi Oħra | •Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof se jkun qed jiġi jqaddes fil-Bażilika. Din se tkun quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am dakinhar biss issir fid-9:30am. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Għalhekk Mons. Arċisqof se jkun qed imexxi pellegrinaġġ mill-Bażilika sal-Katidral tal-Imdina fil-5pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx sabiex ikunu nistgħu nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6pm fil-Katidral. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 8 TA’ DIĊEMBRU 2024
Is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru | Niċċelebraw it-Tieni Ħadd tal-Avvent.
Illum is-Sibt, fis-6.45pm Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-SS. u tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja b’innijiet Marjani. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Bir-ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, ir-Rebħa, il-Kbira, l-Isptar, San Franġisk, Ġorġ Borg Olivier, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa. Jekk it-temp ma jippermettix il-Pellegrinaġġ joħroġ għada l-Ħadd wara l-Quddiesa tad-9.00am. Jekk ikun il-każ il-Quddiesa tal-10.30am ma ssirx. Għada/Illum Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-festa bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u tal-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir il-kxif tal-irħama kommemorattiva. |
L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Fl-4:30pm se jkun hawn kunċert fil-Bażilika mill-Visual Imparment Group. Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Lectio Divina. |
Is-Sibt 14 ta’ Diċembru | Fis-6:45pm se ssir l-Inawgurazzjoni tal-Orgni irrestawrat, b’kunċert u spjega qasira tax-xogħol li sar. |
Avviżi oħra | •Open Day Dar ir-Rabtin – Uffiċċju tal-Kunsill Lokali – illum il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-10.00am sa nofsinhar u mill-4.00pm sas-6.00pm.
•Wirja fil-Mużew Wignacourt – Ġrajjet Tliet Koppli. Din se tibqa’ miftuħa sat-Tlieta 10 ta’ Diċembru. Dħul għal wirja biss ikun mingħajr ħlas. •Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru – l-Festa tal-Immakkulata Kunċiżjoni f’Wied Gerżuma. •Il-Komunità Parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr għandha l-pjaċir tistedinkom għall-bidu tal-ħidma Pastorali ta’ Dun Sean Abela bħala Kappillan waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024 fis-6.00pm. Wara jsir riċeviment fl-Oratorju Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija fi Triq San Pawl. Min se jattendi jrid ikun f’postu fil-Knisja sal-5.30pm. •Minn nhar il-Ħadd 15 sat-Tnejn 23 ta’ Diċembru ssir in-novena tal-Milied fil-Bażilika. Għalhekk, se jkun qiegħed jitqassam il-programm tal-Milied fid-djarkom fil-ġranet li ġejjin. •Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof se jkun qed jiġi jqaddes fil-Bażilika. Din se tkun quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am dakinhar biss issir fid-9:30am. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Għalhekk Mons. Arċisqof se jkun qed imexxi pellegrinaġġ mill-Bażilika tagħna sal-Katidral tal-Imdina fil-5pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx sabiex ikunu nistgħu nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6pm fil-Katidral. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 1 TA’ DIĊEMBRU 2024
Is-Sibt 30 ta’ Novembru u l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru | Niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.
Dan il-week-end issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom. Illum is-Sibt fis-7.00pm – Akkademja Mużika-Letterarja taħt ħarstek nistkennu taħt il-Patroċinju ta’ Mons. Ġorġ Frendo O.P. Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres bis-sehem tal-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl u s-Sopran Charlene Portelli. |
It-Tnejn 2 ta’ Diċembru | Fis-6.30pm fil-Mużew Wignacourt taħdita dwar l-arkitettura tal-koppla. Il-kelliem ser ikun il-Perit Herman Bonnici. |
L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Lectio Divina. |
Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù espost. Fis-6.00pm Quddiesa u fis-6.30pm Taħdita storika – Ġrajja ta’ Koppla 1924. Din issir mill-Arkivista tal-Parroċċa s-Sur Joseph G. Scerri u ssir fil-Bażilika. |
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru | Fis-6.00pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fis-6.45pm Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-SS. u tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja b’innijiet Marjani. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Bir-ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, ir-Rebħa, il-Kbira, l-Isptar, San Franġisk, Ġorġ Borg Olivier, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa. |
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru | Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-festa bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u tal-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika. |
•Sa’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru qed tittella’ wirja fil-Mużew Wignacourt – ir-Rabat 1924 – Ġrajjet tlett Koppli. F’din il-wirja ser ikun hemm esebiti għadd ta’ ritratti, dokumenti u oġġetti nteressanti marbuta mal-ġrajja tal-koppla. Il-wirja tkun miftuħa kuljum mid-9.30am sal-5.00pm. Id-dħul għall-wirja biss ikun bla ħlas.
•Il-Komunità Parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr għandha l-pjaċir tistedinkom għall-bidu tal-ħidma Pastorali ta’ Dun Sean Abela bħala Kappillan waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024 fis-6.00pm. Wara jsir riċeviment fl-Oratorju Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija fi Triq San Pawl. Min se jattendi jrid ikun f’postu fil-Knisja sal-5.30pm. •Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2025-2026. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippubblikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt. •Minn nhar il-Ġimgħa 6 sal-Ħadd 8 ta’ Diċembru qed tittella wirja ta’ Bambini Artistiċi fil-Mużew tal-Kunvent Patrijiet ta’ Santu Wistin. Ħinijiet 6/12: 7.00pm-11pm – 7/12: 9-11.30am u 7 u 11pm. 8/12: 4.00 sa 9.00pm. •Open Day Dar ir-Rabtin – Uffiċċju tal-Kunsill Lokali – nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-10.00am sa Nofsinhar u mill-4.00pm sas-6.00pm. Kulħadd mistieden jiġi jara x-xogħolijiet li saru ġewwa l-binja tal-Kunsill. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 17 TA’ NOVEMBRU 2024
Is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru | Niċċelebraw it-33 Ħadd ta’ matul is-sena.
Jum il-foqra. |
It-Tnejn 18 ta’ Novembru | Il-quddiesa tas-6:00pm tkun b’sufraġju għall-erwieħ tal-Fratellanzi tal-Kunċizzjoni, San Mikiel, Qalb ta’ Ġesu u tad-Duluri. |
It-Tlieta 19 ta’ Novembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir ir-raba’ laqgħa tal-Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali fis-Sala Parrokkjali. |
L-Erbgħa 20 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Mill-lum l-Erbgħa sa’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru ser tittella’ wirja fil-Mużew Wignacourt – ir-Rabat 1924 – Ġrajjet tlett Koppli. F’din il-wirja ser ikun hemm esebiti għadd ta’ ritratti, dokumenti u oġġetti nteressanti marbuta mal-ġrajja tal-koppla. L-inawgurazzjoni tkun nhar l-Erbgħa fis-6.30pm u tkun miftuħa kuljum mid-9.30am sal-5.00pm. Id-dħul għall-wirja biss ikun bla ħlas. |
Avviżi oħra: | •Fil-Knisja tistgħu ssibu l-programm tal-100 sena mit-tiġrif tal-koppla fejn fost affarijiet ser ikun hawn wirja fil-Mużew Wignacourt mill-20 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, tliet taħdidiet, Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fid-29 ta’ Novembru fl-10.30pm (ta’ bil-lejl) minn Mons. Arċisqof, Akkademja Mużiko-Letterarja s-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm, Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-6.45pm u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru wara l-quddiesa kantata tad-9am tal-Festa tal-Kunċizzjoni, ser tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.
•Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru: Il-Knisja Tiegħi; fl-10.30am Quddiesa għat-Tfal tal-Parroċċa. F’din il-Quddiesa ser jiġi spjegat lit-tfal x’ġara fir-Rabat mitt sena ilu u għaliex qed niċċelebraw dan l-anniverarju. Għal din l-okkażjoni ser tingħata tifkira. Quddiesa animata mill-Grupp Tiberija Familja. •Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu l-laqgħat apposta għalihom fil-Museum tas-Subien u/jew kull nhar ta’ Ġimgħa organizzati mill-Grupp Tiberija Youths. Għal żjed informazzjoni żuru l-paġna tal-FaceBook jew kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri. •Matul ix-Xahar ta’ Novembru l-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa hekk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2025-2026. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamneti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippublikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 10 TA’ NOVEMBRU 2024
Is-Sibt 9 ta’ Novembru u il-Ħadd 10 ta’ Novembru |
Niċċelebraw il-32 Ħadd ta’ matul is-sena.
Illum is-Sibt jum il-festa ta’ San Martin ġewwa l-Baħrija. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni. Illum/Għada l-Ħadd issir il-fiera tradizzjonali tal-Baħrija. Il-ħinijiet tal-Quddiesa jkunu fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am. Fil-quddiesa tal-10:30am niċċelebraw lil San Martin. Wara l-quddiesa titqassam il-borża ta’ San Martin lit-tfal. Il-Quddiesa ta’ 12pm tkun għar-ruħ il-membri u bandisti mejtin fi ħdan is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru. Wara jkun hawn korteo saċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita. |
It-Tnejn 11 ta’ Novembru | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Padre Pio tal-Pjagi. Wara quddiesa minn Patri Karm Dimech OFM Cap. Il-quddiesa tkun offruta għall-erwieħ membri tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tkun bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
It-Tlieta 12 ta’ Novembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir it-tielet laqgħa tal-Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali fis-Sala Parrokkjali. |
L-Erbgħa 13 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Il-Quddiesa tas-6.00pm ser issir fil-Kannierja u wara jitbierku l-oqbra. |
Il-Ħamis 14 ta’ Novembru | Fl-4.30pm issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita u wara jitbierku l-oqbra.
Fis-7pm issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. |
Avviżi oħra: | •Fil-Knisja tistgħu ssibu l-programm tal-100 sena mit-tiġrif tal-koppla fejn fost affarijiet ser ikun hawn wirja fil-Mużew Wignacourt mill-20 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, tliet taħdidiet, Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fid-29 ta’ Novembru fl-10.30pm (ta’ bil-lejl) minn Mons. Arċisqof, Akkademja Mużiko-Letterarja s-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm, Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-6.45pm u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru wara l-quddiesa kantata tad-9am tal-Festa tal-Kunċizzjoni, ser tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.
•Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu l-laqgħat apposta għalihom fil-Museum tas-Subien u/jew kull nhar ta’ Ġimgħa organizzati mill-Grupp Tiberija Youths. Għal żjed informazzjoni żuru l-paġna tal-FaceBook jew kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri. •Matul ix-Xahar ta’ Novembru l-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa hekk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 03 TA’ NOVEMBRU 2024
Is-Sibt 2 ta’ Novembru u Il-Ħadd 3 ta’ Novembru |
Niċċelebraw il-31 Ħadd ta’ matul is-sena.
Dan il-week-end issir il-ġabra speċjali għall-Knisja Bażilika tagħna. Grazzi tal-ġenerożità dejjiema tagħkom. |
It-Tlieta 5 ta’ Novembru | Issir il-ħarġa għal Birgu. Tluq fit-8.30am. |
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika. |
Avviżi oħra: | •Dawk li rċevew s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, huma mħeġġin jibdew jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet organizzati għalihom mill-Grupp taż-Żgħażagħ Tiberija Youths jew Museum Subien. Għal iżjed informazzjoni żur il-paġna tal-Facebook jew kellem lil Fr. Karl Andrew Schembri.
•Beda Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali. Ħames laqgħat ta’ formazzjoni kull nhar ta’ Tlieta bejn is-6:30 u s-7:30pm. L-ewwel laqgħa saret nhar it-Tlieta li għaddiet. Min huwa nteressat ikellem lil xi Saċerdot. Fl-aħħar jingħata ċertikat tal-parteċipazzjoni. •Il-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa f’Novembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Is-Sibt 9 ta’ Novembru Jum il-festa ta’ San Martin ġewwa l-Baħrija. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni. Il-Ħadd 10 ta’ Novembru ssir il-fiera tradizzjonali. Ħinijiet tal-Quddies ikun fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am. •Fil-Bażilika il-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Quddies tal-10.30am titqassam il-borża ta’ San Martin lit-tfal. Kitba mill-Uffiċċju Parrokkjali. •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ OTTUBRU 2024
Is-Sibt 26 ta’ Ottubru u Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru |
Niċċelebraw it-30 Ħadd ta’ matul is-sena.
Għada/Illum il-Ħadd – Numru ta’ Adoloxxenti mill-Parroċċa se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nawgurawlhom u nitlobu għalihom. Fid-9.00am: Griżma tal-Isqof Mużew Subien. Fl-4.30pm: Griżma tal-Isoqf – Ċentru Pastotali tan-Nigret. Dan il-weekend inreġgħu l-arloġġ siegħa lura għal ħin tax-xitwa. |
It-Tnejn 28 ta’ Ottubru | Tberik f’dawn it-Toroq: Sant’Aristarku, San Tumas u Vincenzo Ciappara. It-tberik jibda fl-4.30pm. It-tberik jasal fit-tmiemu. Grazzi lil dawk kollha li laqgħuna fi djarhom. Min jixtieq ibierek ikellem lil xi ħadd mis-saċerdoti. |
L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika. |
Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru | Fis-7pm laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija. |
Il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru | Solennità tal-Qaddisin Kollha. Il-Quddies filgħodu jkun bħas-soltu: 7.00am u 8.00am
Fl-4.30pm issir Quddiesa għat-Tfal u wara attività fuq iz-zuntier Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
Is-Sibt 2 ta’ Novembru | Tifkira Solenni tal-Mejtin Kollha. Il-Quddies fil-Bażilika jkun: 6:30am, 7:00am, 7:30am u 8.00am. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata. Mistiedna familjari u ħbieb ta’ dawk li mietu bejn Novembru 2023 u Ottubru 2024. |
Avviżi oħra: | •Dawk li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, huma mħeġġin jibdew jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet organizzati għalihom mill-Grupp taż-Żgħażagħ Tiberija Youths jew Museum Subien. Għal iżjed informazzjoni żur il-paġna tal-Facebook jew kellem lil Fr Karl Andrew Schembri.
•Ser isir Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali. Ħames laqgħat ta’ formazzjoni kull nhar ta’ Tlieta bejn is-6:30 u s-7:30pm. L-ewwel laqgħa ser tkun fid-29 ta’ Ottubru. Min huwa nteressat ikellem lil xi Saċerdot. Fl-aħħar jingħata ċertikat tal-parteċipazzjoni. •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt •Il-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa f’Novembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ AWWISSU 2024
Is-Sibt 10 ta’ Awwissu l-Ħadd 11 ta’ Awwissu | •Niċċelebraw id-Dsatax-il-Ħadd ta’ matul is-sena. |
L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu | •Fit-8.30am issir Adorazzjoni.
•Filgħaxija nidħlu fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Sibt u Ħadd (fl-4:30pm u fis-6pm). |
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu | •Solennità tat-Tlugħ is-Sema ta’ Santa Marija – Festa Kmandata. |
Avviżi oħra: | •Tixtieq issir Abbati? Tfal subien minn 6 snin ‘l fuq. Min jixtieq isir Abbati jkellem lil Fr. Karl A. Schembri.
•Se ssir ħarġa oħra għal Għawdex nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu. Prezz (Trasport u ikel) Kbar €25 u Tfal €15. Ħlas tal-Vapur mhux inkluż. Biljetti mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. •Min għandu tfal bniet li jattendu l-Katekiżmu tal-Parroċċa, għandu jiġbor il-formola tal-applikazzjoni għas-Sena Kateketika 2024-2025 mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. Din tgħodd għas-snin kollha u mhux għal min se jibda katekiżmu għall-ewwel darba. •Se jerġa jsir il-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna f’Ottubru li ġej. Dan jikkonsisti f’għaxar laqgħat kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7:30pm. L-ewwel waħda tkun fl-4 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru Pastorali fis-7:30pm. Min hu interessat jista’ japplika online fil-website Cana Movement: Marriage Courses October 2022 – Cana Movement •Din is-Sena ser infakkru l-100 Sena minn meta waqgħet il-Koppla li bi grazzja kbira ma’ miet ħadd. Il-Parroċċa tagħna għandha paġna b’aktar tagħrif dwar dak li ġara mitt sena ilu. Inħeġġukom biex tidħlu fuq din il-ħolqa u tagħmlu like ħalli ssegwu l-informazzjoni kollha. https://www.facebook.com/profile.php?id=61563830072615. Mitt sena ta’ grazzja fir-Rabat, Malta. Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 7 TA’ LULJU 2024
Il-Ħadd 7 ta’ Lulju –
Jum il-Festa |
L-14-il Ħadd ta’ matul is-Sena
Fis-6.00am Quddiesa tal-Komunitá Parrokkjali. Iqaddes Fr William Bartolo OFM Konv. Fis-7.30am Quddiesa għall-Benefatturi tal-Festi. Fit-8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mis-Saċerdot Novell il-W.R. Dun Karl Andrew Schembri flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ il-Paniġierku Patri Mario Attard OFM Cap. Fil-11.15am Quddiesa tal-Komunità. Iqaddes Fr Joseph Fsadni. Din issir minflok il-Quddies tal-10.30am u ta’ 12.00pm. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija mill-W.R. Kan. Louis Farrugia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni bil-Vara Titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl u r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddes ta’ San Pawl immexxija mis-Saċerdot Novell Dun Karl Andrew Schembri flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata. |
L-Erbgħa 10 ta’ Lulju | Fit-8.30am issir Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 11 ta’ Lulju | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju | Fis-7.00pm fil-Knisja tal-Parroċċa tal-Mellieħa ddedikata lit-Twelid ta’ Ommna Marija Santissima ir-Rev. Dun Karl Andrew Schembri ser jiċċelebra Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju. |
Is-Sibt 13 ta’ Lulju | Preżentazzjoni tat-Trabi. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi u organizzata mill-Kummissjoni Familja. |
Avviżi oħra | Nhar it-Tnejn 15 ta’ Lulju isir id-dħul tal-vara fin-niċċa. Quddiesa fis-6:30pm.
Nhar il-Ħadd 21 ta’ Lulju fis-6.00pm f’għeluq il-Ħamsin Sena Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Fr. Dominic Cachia MSSP is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl tistieden lil Arċipriet, Kapitlu, Kleru, Familjari, Qraba u Ħbieb u lil kulħadd għall-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fil-Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat. Wara l-Ewkaristija nkomplu b’riċeviment fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Il-preżenza tagħkom hi apprezzata ħafna. Id-donazzjoni tiegħek tgħin lil missjonijiet tal-MSSP. Tixtieq Issir Abbati? Tfal subien minn 6 snin ‘l fuq. Min jixtieq isir Abbati jkellem lil Fr Karl Andrew Schembri. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 2 TA’ ĠUNJU 2024
Is-Sibt 1 ta’ Ġunju u
l-Ħadd 2 ta’ Ġunju |
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Corpus Christi.
Issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem. |
L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju | Wara l-Quddiesa tat-8am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju | Wara l-Quddiesa tas-6pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju | Fl-okkażjoni tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl fil-Quddiesa tas-6.00pm niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ għal dawk il-koppji li għalqu 1, 5, 15, 20, 30, 35, 40, 45, 50, 55, 60, 65 jew 70 sena żwieġ. Dawk li jixtiequ jipparteċipaw, jinkitbu l-Uffiċċju Parrokkjali mill-aktar fis. Grazzi. |
Avviżi oħra:
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju |
5.55pm issir l-Offerta taż-żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ l-Imġarr u fis-6pm tibda Quddiesa bis-sehem tal-Parroċċa tal-Imġarr u tal-Kor Bażilika San Pawl. Jieħdu sehem il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda Ser terġa’ ssir il-Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda fi ħdan il-Fratellanzi tal-Parroċċa. Din ser tkun il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fl-aħħar Jum tat-Tridu ta’ Corpus fis-6.30pm. Dawk li jixtiequ jipprofessaw jinkitbu għand l-Arċipriet jew jimlew il-formola f’din il-ħolqa: https://forms.gle/FbnzAk2fWyXgKjVh6. •Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom. •Hekk kif resqin lejn is-Sajf, nitolbukom sabiex meta tiġu l-knisja, taraw li l-ilbies ikun diċenti u li jixraq lid-Dar t’Alla. •Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |