Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 2 TA’ JANNAR 2022

1a) Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina li tkun mmexxija minn Fr. Tony Sciberras MSSP.

b) Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni fis-skiet.

c) Il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-6.30pm issir Adorazzjoni bbażata fuq l-intenzjoni tal-Papa għal dan ix-xahar. – Fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal tad-Duttrina tal-5 u s-6 sena fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret mill-Arċipriet.

– Fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

d) Nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar fis-5.45pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ser issir Quddiesa organizzata mill-Moviment ta’ Kana għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2021. Fl-aħħar tal-Quddiesa Mons. Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira.

2. Illum/Għada l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-din il-Knisja Bażilika.

3. Nhar is-Sibt 15 ta’ Jannar fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2022. Wara l-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji u jagħtihom tifkira.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 5 TA’ DIĊEMBRU 2021

1. Għada/Illum il-Ħadd niċċelebraw It-Tieni Ħadd tal-Avvent.a) Nhar it-Tnejn fil-5.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Djakonija.

– Fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

b) Nhar it-Tlieta fis-6.00pm Mons. Arċisqof ser iqaddes Quddiesa fil-Knisja Ta’ Ġieżu’ fl-għeluq tas-Sena Ġużeppina.

– Fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina fil-Bażilika.

c) Nhar l-Erbgħa Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni.

– Fid-9.00am fil-Knisja Ta’ Ġieżu’ Quddiesa ppreseduta mill-Kardinal Mario Grech fl-għeluq tas-Sena Ġużeppina.

– Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u l-Kor tat-tfal fil-Bażilika.

d) Nhar il-Ħamis fil-5.00pm issir Laqgħa tal-Katekisti fiċ-Ċentru Pastorali.

– Fis-6.30pm wara l-Quddiesa jsir mument ta’ Adorazzjoni fejn tinqara silta u jkollna mument ta’ Adorazzjoni fejn tinqara silta u jkollna mument ta’ silenzju.

– Fis-7.00 issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Pastorali.

e) Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm l-Arċipriet Kan. Joseph Mizzi jiċċelebra quddiesa għat-tfal u l-ġenituri tat-3 u r-4 sena tad-duttrina fiċ-Ċentru ta’ San Luqa n-Nigret.

– Fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Grufan fil-Knisja ta’ Sant’Agata.

2. Illum/Għada l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-din il-knisja Bażilika.

3. Mill-Ġimgħa 10 sal-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2021 ser isir il-Bażar mill-Grupp Tiberija Youths fil-kuritur taċ-Ċentru Pastorali. Nħeġġukom tattendu u tkomplu tgħinuna. Grazzi

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 28 TA’ NOVEMBRU 2021

1. Għada/Illum il-Ħadd niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.

a) Nhar it-Tnejn laqgħa ta’ talb ta’ San Mikiel, fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju ta’ San Mikiel u fis-6.00pm Quddiesa jiċċelebra Rev. Patri Joe Buttigieg OFM Cap fil-Bażilika.

b) Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina fil-Bażilika.

c) Nhar l-Erbgħa tibda l-Għeluq tas-Sena Ġużeppina fil-Knisja ta’ Ġieżu’ b’Quddiesa fis-6.00pm għall-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali Rabtin. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Joseph Mizzi. Il-ġimgħa tkompli sal-Erbgħa 8 ta’ Diċembru. Programm dettaljat fuq in-Notice Board.

d) Nhar il-Ħamis u kull nhar ta’ Ħamis wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija se tibda ssir mument ta’ Adorazzjoni fejn tinqara silta u jkollna mument ta’ silenzju.

e) Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. – Fis-6.30pm issir Adorazzjoni organizzata.

f) Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm l-Arċipriet jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru ta’ S. Luqa n-Nigret għat-tfal tas-sena tal-preċett u t-tieni sena tad-duttrina. It-tfal u l-ġenituri mħeġġa jattendu.

2. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-Knisja Bażilika. Il-ġabra tax-xahar ta’ Novembru kienet ta’ € 1187.

3. Ser jerġa’ jittella’ l-bażar mill-Grupp Tiberija Youths mill-10 sat-12 ta’ Diċembru 2021. Min għandu xi oġġetti, mhux ħwejjeġ, tajbin jista’ jgħaddihomna. Grazzi.

4. L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa tagħna se tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022. Iktar dettalji jingħataw ‘il quddiem skont iċ-ċirkustanzi f’dak iż-żmien.