Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ FRAR 2024

Il-Ħadd 4 ta’ Frar Jum il-Ħajja – fil-Quddies tal-10.30am  isir it-tberik tat-trabi fil-ġuf.

Matul din tmiem il-ġimgħa ssir il-ġabra speċjali  għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem.

It-Tlieta 6 ta’ Frar Jibda t-Tberik fid-Djar: Illum Triq San Ġwann l-Għammied. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm.
L-Erbgħa 7 ta’ Frar •Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.

•Fil-Knisja ta’ Ġieżù t-tielet Erbgħa ta’ San Ġużepp. Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa bil-prietka.

Il-Ħamis 8 ta’ Frar Tberik fid-Djar: Toroq Kola Xara u Emanuele Stivala.

•Fis-6.30pm Velja ta’ Talb Parrokkjali bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Liturġija u tal-Fratellanza ta’ San Pawl.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar Tberik fid-Djar: Toroq Ferris, San Luqa u San Patrizju.

Lejlet il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

Fl-4.30pm Quddiesa. Fis-6.00pm Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat l-  Anniversarji taż-Żwieġ għal dawk il-koppji li matul din is-sena għalqu jew se jgħalqu 1, 5,  10, 15 u 20 sena miżżewġin bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jistgħu jmorru jinkitbu fis-Sagristija jew jirreġistraw direttament permezz ta’ din il-ħolqa: https://rabat.knisja.mt/form.

Is-Sibt 10 ta’ Frar Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta (Festa kmandata bl-obbligu tal-Quddies)

Il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am (għat-tfal u l-familji tagħhom) fl-12.00pm u fis-6.00pm.

6pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Kor Bażilika San Pawl.

7.15pm Programm Mużikali Salve Pater Paule mtella’ mill-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru fl-okkażjoni tal-250 sena mill-wasla tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna.

Il-Ħadd 11 ta’ Frar Fis-6pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl u wara jsir id-dħul tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fin-niċċa.
Avviżi oħra: ØNhar il-Ħadd 11 ta’ Frar ikollna l-Magħmudijiet.

ØProċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2024. Applikanti minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jistgħu japplikaw online bejn l-1 u d-29 ta’ Frar. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website www.knisja.mt Iklikkja fuq Skejjel tal-Knisja.

ØIl-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li minn nhar il-Ħadd 11 ta’ Frar u l-Ħdud ta’ wara ħlief fis-17 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Minn hu nteressat imur fil-Kunvent tal-Patrijiet Ta’ Ġieżù fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.

ØJekk tafu li xi ħadd jinsab l-isptar, nitolbukom tinfurmawna. Grazzi.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 28 TA’ JANNAR 2024

Is-Sibt 27 ta’ Jannar Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-6.45pm Translazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru, Fratellanza ta’ San Pawl u l-Abbatini li toħroġ mill-Bażilika għall-Grotta ta’ San Pawl u tgħaddi mit-Toroq: Kulleġġ, Sant’Antnin, Konti Ruġġieru, Borg Olivier, San Franġisk (isir mument ta’ talb fil-Knisja), il-Kbira, San Pawl u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa. Kif  it-Translazzjoni tidħol fil-Bażilika titkanta l-Antifona Sancte Paule u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-7.30pm isir marċ mill-Banda Konti Ruġġieru mill-Pjazza sal-Każin.
Il-Ħadd 28 ta’ Jannar Il-Quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, fl-12pm (kantata) u fis-6.00pm. Fid-9am Jibda ħiereġ il-Pellegrinaġġ li jgħaddi minn: Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Kola Xara, Pjazza San Duminku, San Piju V, Ħad Dingli, Ħal Bajjada, San Katald u Pjazza tal-Parroċċa. Isir mument ta’ talb quddiem il-Knisja ta’ San Duminku u quddiem is-Salib ta’ Sant’Agata tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Jakkumpanjaw il-Kapitlu, il-Kleru tal-Parroċċa, Fratellanza ta’ San Pawl, l-Abbatini u l-Poplu Rabti. Tieħu sehem il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru.
Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Jannar Bħas soltu wara l-Quddiesa tat-8.00am issir nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù Espost.

Fil-Knisja ta’ Ta’ Ġieżu t-Tieni Erbgħa ta’ San Ġużepp. Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa.

Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Frar Fis-6.30pm kwarta Adorazzjoni.
Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Frar Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – il-Gandlora.

Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù Espost.

Fit-7.45pm fil-Bażilika jittella’ l-Kunċert mill-Fondazzjoni Paulus bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Kor Jubilate Deo.

•Nhar il-Ħadd li ġej 4 ta’ Frar ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika.

* Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2024. Applikanti minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jistgħu japplikaw online bejn l-1 u d-29 ta’ Frar. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website www.knisja.mt Iklikkja fuq Skejjel tal-Knisja.

•Xi hadd marid l-isptar ikellmuna.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 21 TA’ JANNAR 2024

Il-Ħadd 21 ta’ Jannar Niċċelebraw it-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena. – Jum il-Kelma ta’ Alla.

Fl-10.30am waqt il-Quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Pawlina għat-Tfal.

Festa ta’ San Publju:

Fis-6.00pm Translazzjoni tar-Relikwa ta’ San Publju bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl mill-Knisja ta’ San Publju għall-Bażilika ta’ San Pawl u tibda l-Quddiesa Kantata bl-Għasar. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir ir-ripożizzjoni tar-Relikwa ta’ San  Publju fil-Knisja tiegħu.

It-Tnejn 22 ta’ Jannar L-ewwel jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl.

•Fis-6.00pm Quddiesa b’riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras.

Janima l-Grupp Tiberija Familja.

•Wara l-quddiesa ikollna l-laqgha tal-Fratelli.

It-Tlieta 23 ta’ Jannar It-tieni jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl.

•Fis-6.00pm Quddiesa u wara riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras.

Tanima l-Kummissjoni Liturġija.

•Wara l-quddiesa laqgha tal-Kummissjoni Liturġija.

l-Erbgħa 24 ta’ Jannar Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù espost.

It-tielet jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl.

Fis-6.00pm Quddiesa u wara riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras.

Janima l-Grupp Tiberija Familja.

Il-Ħamis 25 ta’ Jannar Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl.

Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Kor Bażilika San Pawl.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar Il-Vara Titulari ta’ San Pawl – Deskrizzjoni u Ġrajja

Fis-6.30pm Preżentazzjoni awdjo-viżiva mis-Sur Joseph Scerri fil-Bażilika.

Is-Sibt 27 ta’ Jannar Lejlet il-Pellegrinaġġ bil-Vara Titulari.

•Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

•Fis-6.45pm Translazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini u l-Fratellanza ta’ Sa Pawl li toħroġ mill-Bażilika għall-Grotta ta’ San Pawl u tgħaddi mit-toroq: Kulleġġ, Sant’Antnin, Konti Ruġġieru, Borg Olivier, San Franġisk (isir mument ta’ talb fil-Knisja), il-Kbira, San Pawl u lura għall-Bażilika. Titkanta l-Antifona Sancte Paule u tingħata l-Barka Sagramentali.

•Fis-7.30pm marċ mill-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru mill-Pjazza tal-Parroċċa sal-Każin San Pawl.

Il-Ħadd 28 ta’ Jannar Nhar il-Pellegrinaġġ bil-Vara Titulari ta’ San Pawl

Il-Quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, fl-12pm (kantata) u fis-6.00pm.

•Fid-9am jibda ħiereġ il-Pellegrinaġġ li jgħaddi minn: Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Kola Xara, Pjazza San Duminku, San Piju V, Ħad Dingli, Ħal Bajjada, San Katald u Pjazza tal-Parroċċa. Isir mument ta’ talb quddiem il-Knisja ta’ San Duminku u quddiem is-Salib ta’ Sant’Agata tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Jakkumpanjaw il-Kapitlu, il-Kleru tal-Parroċċa, Fratellanza ta’ San Pawl, l-Abbatini u l-Poplu Rabti. Tieħu sehem il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru.

•F’12.00pm Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

Avviżi oħra: * Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab marid l-isptar, ġentilment nitolbukom sabiex tavviċinawna. Grazzi.

* Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 14 TA’ JANNAR 2024

Il-Ħadd 14 ta’ Jannar Niċċelebraw it-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 15 ta’ Jannar Fis-6.30pm issir l-Ewwel Laqgħa minn tnejn bi tħejjija għall-ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda fost l-Insara. Jitkellem P. Ivan Attard op

Fis-7.30pm issir it-tieni Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-qrib għal żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

L-Erbgħa 17 ta’ Jannar Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù Espost.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir it-Tieni Laqgħa bi tħejjija għall-ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda fost l-Insara. Titkellem Dr Dorianne Buttigieg

Il-Ħamis 18 ta’ Jannar Fis-6.30pm issir l-Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar Fis-7.00pm issir il-Laqgħa fil-Bażilika għall-Ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Griżma f’Ottubru li ġej.
Is-Sibt 20 ta’ Jannar Bidu taċ-Ċelebrazzjonijiet Pawlini: Fis-6.00pm Quddiesa u fis-6.45pm Ħruġ tal-Vara Titulari ta’ San Pawl min-niċċa. Fit-8.00pm Ikla tal-Festa fis-Sala tal-Każin San Pawl.
Nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar – Festa ta’ San Publju Fl-10.30am waqt il-Quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Pawlina għat-Tfal.

Fis-6.00pm Translazzjoni tar-Relikwa ta’ San Publju bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl mill-Knisja ta’ San Publju għall-Bażilika ta’ San Pawl u tibda l-Quddiesa Kantata bl-Għasar. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir ir-ripożizzjoni tar-Relikwa ta’ San  Publju fil-Knisja tiegħu.

Nhar it-Tnejn 22, it-Tlieta 23 u l-Erbgħa 24 ta’ Jannar Jiem ta’ tħejjija: Fis-6.00pm Quddiesa b’riflessjoni fuq San Pawl. Predikatur ir-Rev. Prof. Paul Sciberras. Nhar it-Tlieta tanima l-Kummissjoni Liturġija. Nhar l-Erbgħa janima l-Grupp Tiberija Familja u l-Ħamis jieħdu sehem il-Fratellanza ta’ San Pawl u janima l-Kor Bażilika San Pawl.
Avviżi oħra *L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta Kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia nhar is-Sibt 13 fis-7.00pm u l-Ħadd 14 fl-4.00pm.

*Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn Year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-Altar, laqgħat, logħob u attivitajiet. Min hu nteressat ikellem lid-Djaknu Rev. Karl Schembri.

*Xi hadd/qraba l-isptar ikellimna biex inzuruhom.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 24 TA’ DIĊEMBRU 2023

Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru Lejlet il-Milied – fil-Quddies ta’ filgħodu jiġi ċċelebrat ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent. Fl-4.30pm Quddiesa. Fil-5.30pm Purċissjoni bil-Bambin mill-Museum u tgħaddi minn dawn it-Toroq: Ferris, Kulleġġ, Konti Ruġġieru, Borg Olivier, San  Franġisk, l-Isptar, il-Kbira, Repubblika, Santu Wistin, San Ġużepp, San Pawl lejn il-Pjazza tal-Parroċċa. Fis-6.00pm Quddiesa tal-Vġili tal-Milied. Fis-7.00pm Tidħol lura l-Purċissjoni tal-Bambin fil-Bażilika fejn isir programm qasir ta’ kant u poeżija. Fl-10.15pm Tiftaħ il-Knisja. Fil-11.00pm tibda l-funzjoni tal-Lejl Imqaddes tal-Milied li tinkludi innijiet mill-Grupp Tiberija Familja, riflessjonijiet mill-Profeti Iżaija u Mikea, reċta bis-sehem tat-tfal tal-Parroċċa u l-prietka tradizzjonali tal-Milied minn Daniel Cauchi Borg u Maria Magri. F’12.00am Quddiesa Solenni Konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parroċċa. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara jekk it-temp jippermetti mument soċjali flimkien fil-Pjazza tal-Parroċċa. Fil-każ l-attività ssir fil-kuridur tas-Sala Parrokkjali.
Nhar it-Tnejn 25 ta’ Diċembru Solennità tat-Twelid ta’ Ġesù Bambin. Il-Quddies fil-Bażilika jkun fis-7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm. Il-Quddies tas-6.00am ma ssirx. Fis-6.00pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
Il-Ħamis 28 ta’ Diċembru Kwaranturi tal-Milied – Adorazzjoni personali quddiem Ġesù Ewkaristija. Ġesù jkun espost mit-8.30am sa 12.00pm u mill-4.00pm sal-5.30pm. Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù espost. Fis-6.00pm  Quddiesa bi ħsieb dwar l-Ewkaristija. Janima l-Grupp Tiberija Familja.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru Ġesù jkun espost mit-8.30am sa 12.00pm u mill-4.00pm sal-5.30pm. Fil-5.30pm Rużarju quddiem Ġesù espost u fis-6.00pm Quddiesa bi ħsieb dwar l-Ewkaristija bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
Is-Sibt 30 ta’ Diċembru F’dan il-jum Ġesù Ewkaristija jkun espost bejn 8.30am u 12.00pm.
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru – l-Aħħar tas-Sena 2023 Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nażżaret u għeluq tas-Sena 2023. Ġesù jkun espost mill-5.00pm sas-6.00pm. Fis-6.00pm Quddiesa kantata bil-kant tat-Te Deum bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
Nhar it-Tnejn 1 ta’ Jannar 2024 L-Ewwel tas-Sena: Solennità ta’ Marija Omm Alla. Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak tal-Ħadd
Avviżi oħra Nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra strina għall-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità dejjiema tagħkom.

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

 

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 10 TA’ DIĊEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw it-Tieni Ħadd tal-Avvent

Għada/Illum fil-Bażilika jkollna l-Magħmudijiet.

Nhar it-Tnejn 11 ta’ Diċembru Fis-6.30pm fil-Bażilika Lectio Divina. Nofs siegħa mal-Kelma t’Alla. Riflessjoni marbuta mal-Evanġelju ta’ żmien l-Avvent minn Patri Paul Attard OFM.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Diċembru Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju fis-6.00pm tibda l-Quddiesa u wara ssir laqgħa ta’ Talb immexxija mill-Grupp ta’ San Piju tal-Pjagi. Iqaddes Patri Karm Dimech, Kappuċċin.
Nhar l-Erbgħa  13 ta’ Diċembru Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.

Bejn id-9.00am u n-12.30pm Irtir organizzat mil-Lajċi Dumnikani fl-oratorju tal-Knisja ta’ San Duminku. Imexxi Ir-Rev. Patri Reno Muscat OP

Il-Ħamis 14 ta’ Diċembru Kif tispiċċa l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 15, is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Diċembru – NOVENA Il-Ġimgħa: l-ewwel jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata minn Dun Joe Fsadni u animata mill-Kummissjoni Liturġija. Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali, il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u l-Kummissjonijiet tal-Parroċċa. Fit-8.00pm Quddiesa għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi.

Is-Sibt: it-Tieni Jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna l-Gruppi tal-Familji fi ħdan il-Parroċċa.

Il-Ħadd it-Tielet Jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata minn Dun Joe Fsadni u animata mill-Kor Bażilika San Pawl. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-Komunità Parrokkjali b’mod speċjali għall-Benefatturi ħajjin u mejtin.

Avviżi oħra Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn Year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-altar, laqgħat, logħob u attivitajet. Min hu nteressat ikellem lid-Djaknu Rev. Karl Schembri.

Fl-okkażjoni tal-250 sena tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna se toħroġ  Memorabilja kopja tal-Pittura oriġinali tal-artist Marvic Muscat, edizzjoni limitata. Minn hu nteressat ikellem lil xi Membru tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl.

Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel  għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Il-Bażar tal-Parroċċa ser isir ikompli sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru fil-kuridur tas-Sala.

Jekk jogħġobhom id-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja jiġbruhom mill-Uffiċċju.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 3 TA’ DIĊEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent

Dan il-week-end issir il-ġabra ta’ kull  tax-Xahar għall-bżonnijiet ta’ din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjonijiet tagħkom.

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Diċembru Fis-6.30pm issir il-Lectio Divina fil-Bażilika. Nofs siegħa mal-Kelma t’Alla. Riflessjoni marbuta mal-Evanġelju ta’ żmien l-Avvent minn Patri Paul Attard OFM.
Nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru Fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar l-Erbgħa  6 ta’ Diċembru Bħal kull nhar ta’ Erbgħa wara l-Quddies tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.
Il-Ħamis 7 ta’ Diċembru Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru Fis-6.00pm Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-Festa taI-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni.
Avviżi oħra Fl-okkażjoni tal-250 sena tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna se toħroġ  Memorabilja kopja tal-Pittura oriġinali tal-artist Marvic Muscat, edizzjoni limitata. Minn hu nteressat ikellem lil xi Membru tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl.

Waslu l-kopji ta’ kliem il-Ħajja d-distributuri jekk jogħġobhom jiġbru l-kopji tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2024-2025. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex ġew ippubblikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website www.knisja.mt

Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel  għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Għada/Illum ser issir mixja favur il-Ħajja minn Pjazza Kastilja. Tibda fit-3.00pm.

Il-Bażar tal-Parroċċa ser isir mis-7 ta’ Diċembru sat-13 ta’ Diċembru fil-kuridur tas-Sala.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 12 TA’ NOVEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw it-32 Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 13 ta’ Novembru Fis-6.00pm il-Quddiesa tkun b’suffraġġju għall-erwieħ mejtin tal-Fratelli u Konsorelle mseħbin fil-Frantellanza ta’ San Pawl.
Nhar it-Tlieta 14 ta’ Novembru Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju  mill-Grupp ta’ San Padre Piju ta’ Pietrelċina.
L-Erbgħa 15 ta’ Novembru Ikollna l-Adorazzjoni wara l-Quddiesa tat-8.00am.

L-Għaqda Kompensatriċi  ser torganizza laqgħa ta’ formazzjoni  fiċ-Ċentru ta’ San Luqa n-Nigret.  Fil-5.00pm jingħad ir-Rużarju, Quddiesa, break u wara ssir laqgħa ta’ formazzjoni mmexxija minn  Mons. Louis Suban.

Il-Ħamis 16  ta’ Novembru Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Is-Sibt 18 ta’ Novembru Mis-7.00pm ‘il quddiem fis-Sala Ċentru Pastorali jintwera l-film The Swimmers organizzat mill-Kummissjoni Familja.
Avviżi oħra Dan il-week-end hemm il-festa ta’ San Martin u  l-Fiera fil-Baħrija. Il-ħin tal-Quddies il-Ħadd ikun fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am.

L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia llum is-Sibt fis-7.00pm u għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mad-dħul.

Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel  għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Il-ktieb Ilwin il-Festi Maltin – Vol. 12 għall-bejgħ mingħand l-Arċipriet għal prezz ta’ €45.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

 

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 5 TA’ NOVEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw it-31 Ħadd ta’ Matul is-Sena.

Għada/Illum l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika.

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru Fis-6.00pm il-Quddiesa tkun b’suffraġġju għall-erwieħ tal-Fratelli u Konsorelle mejtin imseħbin fl-Arċikonfraternità tas-Sagrament.

Wara l-Quddiesa ser issir Laqgħa għall-Fratelli u Konsorelle fis-Sala taċ-Ċentru Pastorali tal-Parroċċa fejn ser jingħata tagħrif dwar il-Festi speċjali li ser ifakkru l-250 Sena mill-vara Titulari ta’ San Pawl.

It-Tlieta 7 ta’ Novembru Fl-4.30pm issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita.
L-Erbgħa 8 ta’ Novembru Wara l-Quddiesa tat-8.00am issir l-Adorazzjoni.
Il-Ħamis 9 ta’ Novembru Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Fis-7.15pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru Fis-7.15pm ikompli il-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Avviżi oħra Il-Quddiesa tad-9.00am ta’ Għada/Illum il-Ħadd  tkun skond l-intenzjoni tal-Erwieħ tal-Membri tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru.

Għadam ta’ Novembru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Borża ta’ San Martin: Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jinkitbu għall-Borża ta’ San Martin jistgħu jagħmlu dan mill-Uffiċċju tal-Parroċċa.

Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel  għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Il-ktieb Ilwin il-Festi Maltin – Vol. 12 għall-bejgħ mingħand l-Arċipriet għal prezz ta’ €45.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt