Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 10 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-23  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru Issir il-ħarġa għal Għawdex. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Triq Santa Rita fis-6.30am.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru Fl-4.30pm issir il-ħarġa  għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna li kellha ssir fil-31 ta’ Awwissu u li  tħassret minħabba l-maltemp.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru Fis-7.00pm issir il-Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini għat-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof fil-Bażilika.
Avviżi oħra Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Settembru l-ġbir kollu jmur favur l-Art Imqaddsa.  Nitolbu b’mod speċjali għal dawk ħutna li jgħixu hemm.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar il-Ħadd (illum)10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd (illum) 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru l-Għaqda Kompensatriċi ser torganiżża Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej Marsaxlokk. Tluq fl-4.30pm u l-postijiet huma limitati. Bookings  sal-Ħadd 10 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru jingħata l-Mandat lil Katekisti tal-Parroċċa.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika: matul il-Ġimgħa: fis-7.00am, 8.00am u 6.00pm.

Nhar ta’ Sibt: fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u 6.00pm

Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista. tara l-Avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat. knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 3 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-22  Ħadd ta’ Matul is-Sena.

L-ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal- ġenerożità tagħkom.

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru Fil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Settembru Wara l-Quddiesa tat-8.00am ser jibda jkollna l-Adorazzjoni mit-8.30am sad-9.00am.
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqadda Omm Tagħna Marija il-Vitorja. Ħinijiet tal-Quddies ikun bħal dak ta’ fost il-Ġimgħa.

Fil-Pjazza tal-Parroċċa  fin-nofs inhar ta’ filgħodu ser ikun hawn il-Mobile Blood Donation Unit.

Avviżi oħra Fil-Kappella Ta’ Qasha tiġi ċċelebrata l-Festa tat-Twelid ta’ Ommna Marija b’dan il-programm:

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju animat mill-Grupp tal-Leġjun ta’ Marija u tingħad il-Kurunella tal-Bambina.

Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru bħal ġurnata ta’ qabel. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni tal-Festa mmexxija mir-Rev. Dun Sean Abela, titkanta l-Antifona Beata Mater u tingħata l-Barka Sagramentali.

Festa tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Knisja ta’ San Mark

Nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru fl-10.00am Quddiesa għall-morda u l-Anzjani. Fil-5.00pm titkanta t-Talba tal-Għasar. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura. Kulħadd huwa mistieden.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-21  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 28 u nhar it-Tlieta Mill-5.00pm sas-6.30pm issir ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għad-Duttrina fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret.
Nhar il-Ħamis 31 ta’ Awwissu Issir il-Ħarġa għall-Gżejjer ta’ San Pawl.

Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni organiżżata skond l-Intenzjoni tal-Papa Franġisku.

Fis-6.45pm  ser issir Velja ta’ Talb għall-istudenti fil-Knisja Ta’ Ġieżu.

Avviżi oħra Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika.

Fadal xi kotba  Kliem il-Ħajja. Id-distributuri jekk jogħġobhom jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-istess uffiċċju.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 20 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw l-Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu Fis-6.00pm Laqgħa ta’ formazzjoni għall-Katekisti fiċ-Ċentru Pastorali ta’ San Luqa fin-Nigret.
It-Tlieta 22 ta’ Awwissu

 

Fil-5.00pm ikollna d-Duttrina għal dawk it-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Fil-5.00pm issir il-Laqgħa Nazzjonali tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Bażilika.

Il-Ħamis 24 ta’ Awwissu  Bħal kull nhar ta’ Ħamis wara l-Quddiea tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni quddiem Ġesù Espost fis-skiet.
Avviżi oħra Nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru ssir il-ġabra speċjali ta’ kull xahar għal din il-Bażilika.

Waslu l-kopji ta’ Kliem il-Ħajja d-Distributuri jekk jogħġobhom jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet  tal-Uffiċċju. Grazzi.

Il-Ħamis 31 ta’ AwwissuFilgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna.  Tluq fl-4.30pm

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 13 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd

Niċċelebraw id-Dsatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena

Għada/Illum ikollna il-Magħmudijiet

It-Tnejn 14 ta’ Awwissu

Lejlet il-Festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema. Il-ħin tal-Quddies ikun hekk: fis-7.00am, 8.00am, 4.30pm u fis-6.00pm.

It-Tlieta 15 ta’ Awwissu

Festa Kmandata bl-obbligu tal-Quddies

Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd: fis-6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am,  Nofs-in-Nhar u fis-6.00pm

Il-Ħamis  17 ta’ Awwissu

Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Avviżi oħra

Waslu l-kopji ta’ Kliem il-Ħajja d-Distributuri jekk jogħġobhom jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet  tal-Uffiċċju. Grazzi.

Il-Ħamis 31 ta’ AwwissuFilgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 06 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw is-Solennità tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.

Illum/Għada l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika.
Grazzi bil-quddiem tad-donazzjoni ġeneruża tagħkom.

Infakkru fil-Ħarġa li għandna għall-Għawdex nhar l-Erbgħa li ġejjin.
It-Tnejn 7 ta’ AwwissuFis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 Sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa Tagħna. Tkun animata mill-Grupp Tiberija Familja.
Il-Ħamis 10 ta’ AwwissuWara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 11 ta’ AwwissuBilli l-Ġimgħa l-oħra l-Adorazzjonji ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ma saritx se nagħmluha llum li tkun skont il-fehma tal-Papa bit-tema l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona l-Portugall jgħin liż-Żgħażagħ ikunu xhieda tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom.
Avviżi oħraIl-Ħadd 13 ta’ Awwissu jkollna l-Magħmudijiet.

Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.
Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ LULJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw is-17-ill Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ AwwissuJesus Fest: Fis-6.00pm Quddiesa u wara jkun hemm attivitajiet għat-tfal tal-Parroċċa tagħna.
Nhar it-Tlieta l-1 ta’ AwwissuFil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar il-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 ta’ AwwissuL-Adorazzjoni tal-Ħamis u dik ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar nagħmluhom l-Ġimgħa d-dieħla.
Avviżi oħraNhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu jkun l-ewwel Ħadd tax-Xahar. Issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Grazzi bil-quddeim tal-ġenerożità tagħkom.

It-Tnejn 7 ta’ Awwissu fis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa tagħna. Animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwissu – Ġurnata  għal Għawdex.

Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.
Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 23 TA’ LULJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw l-16-il Ħadd ta’ Matul is-Sena.
It-Tnejn 24 ta’ LuljuFis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Fil-6.00pm issir il-Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Katekisti fiċ-Ċentru tan-Nigret.
Nhar l-Erbgħa 26 ta’ LuljuIl-Quddiesa ta’ 6.00pm ħa tkun b’mod speċjali għan-Nanniet kollha fl-okkazzjoni tat-Tielet Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.
Nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju.Wara l-quddies ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet.
Avviżi oħraJesus Fest mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu filgħaxija.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 16 TA’ LULJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw l-15-il Ħadd ta’ Matul is-Sena.
It-Tnejn 17 ta’ Lulju u t-Tnejn 24 ta’ LuljuFis-7.30pm kors qasir ta’ żewġ laqgħat għall-għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin. Dawn isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
It-Tlieta 18 ta’ LuljuFil-5.00pm issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ LuljuPellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla organizzat mill-Għaqda Kompensatriċi. Tluq fl-4.30pm mill-Venda tal-Monti fi Triq Santa Rita. Biljetti jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda.
Avviżi oħraJesus Fest mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu filgħaxija.
Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.
Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ ĠUNJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw it-12-il-Ħadd ta’ matul is-Sena. Il-ġbir kollu tal-Quddies imur għall-Offerta ta’ San Pietru.
Għada/Illum – jum iż-ŻgħaŻagħ Rabtin PawliniFis-7.30pm Quddiesa fil-Pjazza tal-Parroċċa organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP.
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju – ħruġ tal-Vara Titulari ta’ San Pawl min-niċċaFis-6.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.00pm Jibda marċ mill–Banda Konti Ruġġieru fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Vara ta’ San Pawl fil-bieb Prinċipali tal-Bażilika. Fit-8.30pm Ħruġ tal-vara tal-Appostlu Missierna San Pawl min-niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
It-Tlieta 27 ta’ Ġunju – Jum it-Tfal tal-ParroċċaFis-6.30pm Quddiesa għat-Tfal tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-W.R. Kan. Joseph  Mizzi u Animata mill-Grupp Tiberija. Fis-7.15pm Dimostrazzjoni bis-sehem tat-Tfal li matulha tinġarr l-istatwa ta’ San Pawl li tgħaddi minn diversi toroq tal-Parroċċa bis-sehem tal-Banda Konti Ruġġieru. Wara jsir festin għat-tfal fuq iz-Zuntier.
L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju – l-Ewwel Jum tat-Tridu – jum il-Kelma t’AllaFis-6.30pm Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-Kan. Ivan Scicluna u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega-Kattolika. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-Letturi kollha tal-Parroċċa fejn jiġi mġedded is-servizz tagħhom. Tingħad il-Kurunella lill-Appostlu Missierna San Pawl, l-Innu tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Fit-8.30pm Serata Pawlina fuq iz-Zuntier.
Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju – It-Tienu jum tat-Tridu – Jum il-Komunità ParrokkjaliFis-6.30pm  l-istess bħal Jum ta’ qabel – imexxi l-Kan. George Spiteri u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. – Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parroċċa. Tingħad il-Kurunella, jitkanta l-innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewklaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju – it-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Appostolat NisraniFis-6.30pm l-istess bħal jiem ta’ qabel – imexxi l-Mons. Louis Suban u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl. Mistieden kulħadd biex bħal San Pawl inkunu xandàra tal-Kelma t’Alla. Kurunella, Innu tat-Tridu  u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
Is-Sibt 1 ta’ Lulju – Lejlet il-FestaFit-8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kan. John Buhagiar flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Kleru bil-kant tat-Te Deum u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fl-4.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali ċċelebrata min Patri Martin Coleiro OFM. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku Mons. Savio Hon Tai-Fai bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku mis-Santwarju tal-Grotta ta’ San Pawl bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini, Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Ordni tas-Santu Sepulkru.. Lura fil-Bażilika jsir l-Għasar Solenni, Salve Regina,Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.  
Il-Ħadd 2 ta’ Lulju – Nhar il-Festa Quddies tal-10.30am u ta’ l-12.00pm ma jkunx hawnFis-6.00am Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.30am Quddiesa għall-Fratelli u Benefatturi tal-Festa. Fit-8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-Kan. Joseph Mizzi Arċipriet flimkiem mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ l-paniġierku Patri Christopher Caruana O.P. Fil-11.15am Quddiesa ċċelebrata min Patri William Bartolo OfM Conv. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija min Dun Christopher Bugeja bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni bil-vara tal-Appostlu Missierna San Pawlu r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddsa ta’ San Pawl immexxija  min Dun Christopher Bugeja flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Xħin tidħol l-Purċissjoni fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Malti.