Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw il-11-il Ħadd ta’ Matul s-Sena. Fil-Bażilika niċċelebraw il-Festa Solenni ta’ Corpus Domini. Jum il-Missier |
Is-Sibt 17 ta’ Ġunju | Fis-6.00pm Quddiesa tal-Komunitá Parrokkjali mmexxija mill-W.R. Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Fid-8.45pm fuq iz-Zuntier tal-Bażilika tiġi nawgurata l-infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini. |
Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju – Festa Solenni ta’ Corpus Domini | Quddies fis-6.00am u fis-7.30am Fid-9.00am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Patri Alllister Aquilina OFM Conv. flimkien mal-Kapitlu, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Fl-10.30am toħroġ l-Purċissjoni Solenni b’Ġesù Ewkaristija u ssir waqfa żgħira fil-Knisja ta’ San Franġisk. Takkumpanja l-Purċissjoni b’innijiet Sagri u Ewkaristiċi l-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru. Fl-12.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Mario Said. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament. Matul il-Purċissjoni jsiru waqfiet fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u fil-Knisja ta’ San Mark. Mad-dħul tal-Purċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. |
It-Tlieta 20 ta’ Ġunju | Fil-5.00pm Issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali. Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir il-Laqgħa tal-Għaqda Kompensatriċi. |
Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Padre Piju tal-Pjagi. |
Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Il-ġbir kollu bħal kull sena jmur għall-Obolo di San Pietro. |
Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Jum iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini Fis-7.30pm: Quddiesa fil-Pjazza organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP. Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma’ ssirx. |
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. L-Arċisqof iħabbar li d-dispensa li ngħatat minħabba l-Covid 2019 ser titneħħa mill-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2023. Għalhekk dawk li jistgħu jattendu l-Quddiesa fil-knisja, il-quddiesa fuq it-televiżjoni mhix ser tibqa’ tgħodd għalihom. |
It-Tnejn 12/06/23 | Jum it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu l-iskola primarja tar-Rabat. 9.30am Purċissjoni mill-Iskola Primarja għall-Bażilika u wara tiġi ċċelebrata Quddiesa. Infakkru li mit-Tnejn 12 sal-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju, il-Quddies ta’ filgħaxija ser ikun fis-6.30pm u mhux 6pm. |
It-Tlieta 13/06/2023 | Jum l-anzjani u l-morda Rabtin. 10.00am: Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Joseph Galea għall-anzjani u għall-morda Rabtin li jinsabu f’xi djar tal-anzjani fejn jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Din hija organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja. 7.00pm: Fil-Bażilika ssir Lejla Mużiko-Reliġjuża: L-Ewkaristija u San Tumas t’Akwinu. Jipparteċipaw ir-Rev. Dun Sean Abela u l-Kor Bażilika San Pawl. Kulħadd hu mistieden. |
L-Erbgħa 14/06/2023 | L-ewwel jum tat-Tridu: L-Ewkaristija li tgħaqqadna: Jum il-Paċi 8.00am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija. 8.30am: Espożiozzjoni tal-Ewkaristija sa 12.00pm u mill-4.00pm sas-6.00pm. 6.00pm: Rużarju quddiem Ġesù espost. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Louis Farrugia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. |
Il-Ħamis 15/06/2023 | It-tieni jum tat-Tridu: L-Ewkaristija: ħobż għall-għixien: Jum il-Karità Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Joseph Cilia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. F’din il-Quddiesa ser jingħataw l-għotjiet ta’ ikel u donazzjonijiet il-Dar tal-Kleru. |
Il-Ġimgħa 16/06/2023 | It-tielet jum tat-Tridu: L-Ewkaristija tiġborna biex nimxu wara Ġesù: Jum il-Fratellanzi Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Timon Mercieca u jipprietka l-Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet tar-Rabat. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. F’din il-Quddiesa ser issir il-professjoni tal-Fratelli u Konsorelli fi ħdan il-Fratellanzi. |
Is-Sibt 17/06/2023 | Lejlet il-Festa Solenni tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej 8.00am: Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Zammit flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla, bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 4.30pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali minn Fr Frankie Cini MSSP. 6.00pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali mill- Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 7.00pm: Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. 8.45pm: Fuq iz-Zuntier tal-Bażilika, tiġi nawgurata l-Infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini. |
Il-Ħadd 18/06/2023 | Nhar il-Festa Solenni u Prinċipali tar-Rabat 9.00am: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-W.R. Patri Allister M. Aquilina OFM Conv. akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, Arċikonfraternità tas-Ssmu Sagrament, Tfal tal-Ewwel Tqarbin, Rabat Scout Group u Rabat Girl Guides. 6.00pm: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, u tal-Fratellanzi tal-Bażilika. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tat-Trinità Qaddisa. F’dan il-week-end ikollna l-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom. Għada/Illum fis-6.00pm isser l-offerta taż-Żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija. Il-Quddiesa tkun immexxija mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit. Jieħdu sehem l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Is-Sibt 10 ta’ Ġunju | Fl-4.30pm issir l-Ewwel Tqarbina għat-Tfal tal-Parroċċa. Ikanta l-Kor Tfal Bażilika San Pawl. |
Avviżi oħra | F’dan il-week-end tkompli l-attività ‘Ikel Missirijietna’ organizzata mill-Kumitat Festi Esterni fuq iz-Zuntier tal-Bażilika. Ħdejn il-Presbiterju hemm żewġt iqfief biex jinġabar ikel għad-Dar tal-Kleru. Dan ser jiġi ppreżentat lid-Direttur ta’ din id-Dar, fit-tieni jum tat-Tridu ta’ Corpus Domini. Nitolbukom biex tkunu ġenerużi. Grazzi. Il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju ser ssir attività fl-okkazzjonji ta’ Jum il-Missier. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali. Il-Biljett rebbieħ tal-istatwa tal-Madonna huwa numru 25. Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 28 TA’ MEJJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità ta’ Pentekoste. |
It-Tnejn | Tibda ġimgħa ta’ tagħlim, fil-Museum tas-subien mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.15pm. |
Fis-6.30pm Quddiesa fil-Kappella ta’ Qasgha organizzata mil-Legjun ta’ Marija. | |
L-Erbgħa | Issir il-laqgħa għall-Fratelli fis-7pm. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Fis-7pm issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Familja. | |
Il-Ġimgħa | L-Ewwel ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-Quddiesa tas-6pm. |
Isir l-ewwel qrara għat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel tqarbina fil-Museum tas-Subien fis-5.45pm. | |
Is-Sibt | Rehearsal għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fil-Bazilika fid-9am. |
Il-Ħadd | Fis-6pm issir l-offerta taz-Zejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija, il-Quddiesa tkun immexxija mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit. Jieħdu sehem l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. |
Avviżi oħra | Ser issir l-attività ‘Ikel Missirijietna’ organizzata mill-Kumitat Festi Esterni fuq iz-Zuntier tal-Bażilika bejn it-2 u l-4 ta’ Ġunju. |
Il-Biljett rebbieħ tal-istatwa tal-Madonna huwa numru 25. | |
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 21 TA’ MEJJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej |
It-Tnejn | Ikompli t-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja. |
It-Tnejn: Triq San Ġwann l-Għammied | |
It-Tlieta: Toroq Kola Xara u Emanuele Stivala | |
L-Erbgħa: Toroq Ferris San Luqa u San Patrizju | |
Il-Ħamis: Toroq Rudolph Saliba, John Muscat, Taċ-Ċagħki u Kan. J. Gatt Said | |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa | Fis-6.30pm ser issir Velja ta’ Talb fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Pentekoste fi Pjazza Santu Wistin. Għalhekk dakinhar filgħaxija mhux ser isir Quddies fil-Knejjes tar-Rabat kollha. |
Avviżi oħra | Il-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-Festa tal-Munxar il-biljetti huma mibjugħa. |
Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. | |
Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. | |
Fit-28 ta’ Mejju fil-11.30am fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia il-World of Harmony Centre se tippreżenta Theatrical Dance Performance taħt id-Direzzjoni ta’ Olga Cefai. Biljetti jinkisbu permezz tal-WhatsApp: 356 99228986. | |
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm | |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 14 TA’ MEJJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Sitt Ħadd tal-Għid – jum l-Omm Il-Kannierja ser tkun miftuħa s-Sibt mit-3.30pm sas-6pm u l-Ħadd mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.15pm. |
It-Tnejn | Ikompli t-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja. It-Tnejn: Għajn Kajjet Djar u Flats E, F, G, H, I, J, Għajn Kajjet Qadima u Edward J. Nicolas. It-Tlieta: Għajn Kajjet Flats A, B, C, D u Toroq l-Iskultur, Ġarġir, Narċis u Lellux. Il-Ħamis: Għar Barka, Vivaldi, Bolzano u Mozart. Il-Ġimgħa: Toroq Antonio Nani, Pietru Grixti, Vjoala, l-Arpa u Beninju Zerafa. |
Il-Ħamis | •Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra | •Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju ser issir Velja ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste fi Pjazza Santu Wistin fis-6.30pm. Għalhekk dakinhar filgħaxija mhux ser isir Quddies fil-Knejjes tar-Rabat kollha. •Il-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-Festa tal-Munxar il-biljetti huma mibjugħa. •Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. •Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. • Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 7 TA’ MEJJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw Il-Ħames Ħadd tal-Għid Dan il-week-end il-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-Bażilika tagħna. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom. |
It-Tnejn | Ikompli t-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja. It-Tnejn: Toroq Pawlu Inguanez, Ta’ Qasgħa u Toni Farrugia Il-Ħamis: Toroq Frantonn, Dun Mikiel Callus, Mons. G. Depiro, Għbbejra, Siġar u Affreski. Il-Ġimgħa: Toroq Tabija u Torri l-Aħmar. |
Il-Ħamis | •Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra | •Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. •Qed isir il-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati. Fully Booked. •Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. •L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta buzzett u kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia llum s-Sibt fis-7.00pm u Għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mid-dħul. •Nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju se ssir attività fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Fil-11.00am ikollna Quddiesa fil-Bażilika u wara mmorru nieħdu Lunch flimkien fil-Wignacourt Garden. Kulħadd huwa mistieden. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. •Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju se ssir Funzjoni Marjana fil-Knisja tad-Duluri l-Ħamrun. Fil-5.00pm issir siegħa Adorazzjoni u wara Quddiesa. Kulħadd imħeġġeġ biex iġib miegħu xema biex noffruha lil Madonna. Wara jkollna Get Together. Tluq mill-Venda tal-Monti fl-4.00pm. Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ APRIL 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tal-Għid u Jum il-Vokazzjonijiet Il-ġbir kollu ser imur għall-Karità. |
It-Tnejn | L-1 ta’ Mejju – il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ nhar ta’ xogħol. |
It-Tlieta | Ikompli it-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: It-Tlieta: Toroq Emanuele Vitale, Santa Barbara u Anton Muscat Azzopardi L-Erbgħa: Daħla Santa Katarina Il-Ħamis: Bir ir-Riebu (bl-Isqaqien) Il-Ġimgħa: Toroq Pierre Muscat u Mons. A. Buhagiar FILGĦODU: It-Tlieta: Wied Gerżum u Bieb ir-Ruwa l-Ħamis: Trufijiet Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħad Dingli |
Il-Ħamis | • Wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu ssir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa | L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni organizzata. |
Avviżi oħra | • Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. • Ser jinfetħu l-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati. • Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. • L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta buzzett u kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju fis-7.00pm u l-Ħadd 7 ta’ Mejju fl-4.00pm. Biljetti mid-dħul. • Nhar il Ħamis 11 ta’ Mejju se ssir attività fl okkażjoni ta’ Jum l Omm Fil 11 00 am ikollna Quddiesa fil Bażilika u wara mmorru nieħdu Lunch flimkien fil Wignacourt Garden Kulħadd huwa mistieden Biljetti mill Uffiċċju Parrokkjali Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 23 TA’ APRIL 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Għid |
It-Tnejn | Ikompli it-tberik – is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: It-Tnejn: Triq Ħad-Dingli u Vjal il-Ħaddiem It-Tlieta: Toroq Santa Rita, Ġilormu Dingli, Mikiel Spiteri (bl-Isqaq) Il-Ħamis: Toroq Ħobbejża, Daħlet id-Dejr, Fidloqqom, Fejġel u Sammy Abela Il-Ġimgħa: Toroq il-Katakombi, Sant’Agata, Ħal Bajjada, Żagħar, Karmena Micallef, u Misraħ Suffara. FILGĦODU: It-Tnejn Għemieri u Ġnien Fieres It-Tlieta: l-Imtaħleb Il-Ħamis: Tas-Salib, Binġemma u Dwejra Il-Ġimgħa: Landrijiet, Wied il-Bużbież u l-inħawi. |
It-Tnejn | Fis-7.30pm Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għall-Żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu ssir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa | Fil-5.00pm issir Adorazzjoni organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi bis-sehem tal-Grupp Tiberija Familja. Fis-6.00pm tibda l- Quddiesa |
Avviżi oħra | Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. Għal iktar informazzjoni mingħand l-Arċipriet. Ser jinfetħu l-bookings għall-ħarġa tat-28 ta’ Mejju għall-festa tal-Munxar, Għawdex. Fil-5.00pm nassistu għal Quddiesa. Dawk li jixtiequ jiġu jaħsbu kmieni għall-biljetti biex ma jkunux iddiżappuntati. Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-Professjoni tal-Fratelli/Sorelli. Wasal il-ktejjeb Kliem il-Ħajja. Id-distributuri ġentilment jiġbru l-kotba mill-Uffiċċju Parrokkjali. Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 16 TA’ APRIL 2023
Il-Ħadd 16 ta’ April | Vjatku Solenni u Festa tal-Ħniena Divina |
Fit-8.15am joħroġ il-Vjatku Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa u tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Sagrament li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Sant’Antnin, Santa Marija, Konti Ruġġieru, San Publju, il-Kulleġġ u l-Pjazza tal-Parroċċa. | |
Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-Festa tal-Ħniena Divina bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. | |
Fil-5.00pm Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Bażilika. | |
Fis-6.00pm Quddiesa tal-Festa tal-Ħniena Divina. | |
Minn nhar it-Tnejn | Ninfumawkom li mit-Tnejn li ġej, il-Quddies ta’ filgħodu ser jibda’ jkun fis-7.00am u fit-8.00am. |
Mit-Tnejn 17 sal-Ġimgħa 21 ta’ April | Ikompli it-tberik. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. |
Tkun ħaġa sabiħa li ninġabru flimkien bħala familja: | |
It-Tnejn: San Pawl, Fra Diegu, Doni, Doni l-Qadima u Indrì Borg. | |
It-Tlieta: Patrijiet, Bir Iljun, Dejqa, Mitħna u San Martin. | |
Il-Ħamis: Karrijiet, Żondadari, Labini, San Bartilmew, San Ġużepp, L-Isle Adam, Santu Wistin u Saqqajja. | |
Il-Ġimgħa: Għeriexem Govt. Flats u Għeriexem, Mużew, Wesgħa tal-Mużew u Vjal Santu Wistin. | |
Il-Ħamis 20 ta’ April | – Filgħodu ser issir ħarġa għas-Santwarju tal-Mellieħa fejn nibdew b’Quddiesa u wara jkollna mument soċjali. Tluq fid-9.00am – Il-Private hija fully booked. |
– Filgħaxija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm jkun hawn l-Adorazzjoni fis-skiet. | |
Avviżi oħra: | Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għal Lourdes mis-17 sal-21 ta’ Lulju li ġej. |
Għal iktar informazzjoni, avviċinaw lill-Arċipriet. | |
Il-Parroċċa tagħna ser tieħu sehem fil-Festa ta’ San Pawl tal-Munxar Għawdex, il-Ħadd 28 ta’ Mejju. Fis-6.00pm ser tiġi ċċelebrata Quddiesa mill-Arċipriet tar-Rabat u wara il-Fratellanza tagħna ta’ San Pawl ser takkumpanja l-Purċissjoni. Il-Fratelli u dawk kollha li jixtiequ jattendu huma mitluba biex jaħsbu kmieni għall-biljetti. Grazzi. | |
Fil-Festa ta’ Corpus Domini ser issir il-professjoni tal-Fratelli u Konsorelle fil-Fratellanzi tal-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ jipprofessaw ġentilment mitluba jħallu isimhom mal-Arċipriet. | |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi | |
Dawk li jixtiequ jibdew jirċievu l-avviżi tal-Parroċċa permezz tal-email personali tagħhom jistgħu jirreġistraw f’din il-ħolqa: https://rabat.knisja.mt/irregistra |