Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 19 TA’ MARZU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: Ġesù u l-agħma mit-twelid
It-Tnejn sal-ĠimgħaWara l-quddiesa tat-8.30am ikollna l-ezerċizzi għal kulħadd hawnhekk fil-Knisja. Jipprietka P. William Bartolo OFM Conv bit-tema ‘Mulej, int min int?’
It-TnejnIkollna l-laqgħat tal-Kummissjoni Familja u Liturġija.
It-TlietaFid-9am fl-Oratorju tal-Knisja ta’ San Duminku, l-Grupp Lajċi Dumnikani u Tiġdid Karizmatiku qed jorgannizzaw nofstanhar Irtir f’dan iż-żmien tar-Randan bit-tema ‘Niġġeddu u Ninbidlu fil-Mulej’. Kulħadd mistieden
It-TlietaFil-5pm ikun iċċelebrat is-Sagrament tal-Ewwel Qrara għal dawk li jattendu ċ-Ċentru tan-Nigret hawnhekk fil-Knisja.
L-Erbgħa u l-ĠimgħaFil-5.30pm, tintalab il-Via Sagra. Dik tal-Ġimgħa ssir quddiem l-Istazzjonijiet tal-Via Sagra, bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri.
Il-ĦamisWara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet
Il-ĠimgħaPellegrinaġġ tar-Randan għar-Redentur. Tluq fil-4.45pm fejn fis-6.00pm jkollna Quddiesa u wara ninvistaw ix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. L-aħħar ftit biljetti għat-trasport jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Illum/GħadaTkun iċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Ġieżu. Illum ikun hemm it-translazzjoni fis-6pm, għada/llum il-quddiesa tal-festa tkun fid-9am u l-purċissjoni fis-7pm. Nawgurawlhom il-festa t-tajba!
Avviżi oħra:Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Navżawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 5 TA’ MARZU 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw it-Tieni Ħadd tar-Randan.

  1. L-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li kull nhar ta’ Ħadd ħlief fis-19 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Dawk li huma nteressati għandhom imorru fil-Kunvent tal-Patrijiet ta’ Ġieżu fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.
  1. Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu ser isir pellegrinaġġ tar-Randan l-Isla organizzat mill-Parroċċa tagħna. Tluq fil-4.45pm minn Triq Santa Rita. Fis-6.00pm Quddiesa u wara vista lil Ġesu’ Redentur. Biljetti għat-trasport jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Navzawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 26 TA’ FRAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tar-Randan.
  1. Il-Ħadd il-ġbir kollu waqt il-Quddies imur għas-Seminarju.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Fratelli.
  1. Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Familja.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fil-kwiet.
  • Il-Ħamis fis-6.30pm Adorazzjoni u Quddiesa għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikollna l-Adorazzjoni organizzata.
  1. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Ġenituri li uliedhom ser jirċievu l-ewwel Tqarbina fil-Bażilika bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara.
  1. Grazzi dejjem tas-sapport tagħkom lill-Parroċċa tagħna meta tixtru l-prodotti tagħna biex inkomplu l-proġetti tal-knisja. Ser ikollna diversi prodotti tal-ħelu. Għall-ordnijiet kellmu lil Ms. Marlene Borg jew lill-kleru fis-sagristija.
  1. Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li mill-lum/għada u l-Ħdud ta’ wara ħlief fis-19 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieġdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Dawk li huma nteressati għandhom imorru fil-Kunvent tal-Patrijiet ta’ Ġieżu fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.
  1. Navzawkom li bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru ser issir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Ruma fuq il-passi ta’ San Pawl. Għal iktar dettalji u dawk interessati jkellmu lill-Arċipriet.
  1. Il-ġabra li saret b’risq il-Caritas għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja kienet ta’ €3320. Grazzi tal-ġenerozità tagħkom.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 19 TA’ FRAR 2023

 

  1. Il-Ħadd niċċelebraw is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-Sena.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar l-Erbgħa Ras ir-Randan, il-Quddies filgħodu jkun bħal nhar ta’ xogħol: 6.00am, 7.45am u 8.30am.
  • Fil-5.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali tar-Randan mill-Knisja ta’ San Duminku għall-Bażilika ta’ San Pawl li jgħaddi minn Pjazza San Duminku, Kola Xara, Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Jieħdu sehem il-Kleru, l-Abbatini, il-Fratelli u t-Tfal tal-Mużew tas-Subien u taċ-Ċentru Pastorali ta’ San Luqa n-Nigret flimkien mal-ġenituri tagħhom. Kulħadd hu mistieden biex ilkoll nimxu wara Ġesu’ u nitolbu flimkien. Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tat-Tfal tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi. Ikanta l-Kor tat-Tfal tal-Bażilika.
  • Fil-Quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied.
  • Infakkru li dan il-jum huwa fl-obbligu tagħna għas-sawm u astinenza mill-laħam.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddies tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fil-kwiet.
  1. Nhar il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm laqgħa mal-Community Police fiċ-Ċentru Parrokkjali.
  1. Nhar il-Ġimgħa Jum il-Maħfra fil-5.00pm Adorazzjoni quddiem Ġesu’ espost organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi. Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Grupp Tiberija Familja.
  1. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm it-Tieni Laqgħa għall-Ġenituri li wliedhom se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fil-Bażilika.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  1. Fil-week-end li ġej il-ġbir kollu waqt il-Quddies jmur għas-Seminarju. Nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 12 TA’ FRAR 2023

1. Illum niċċelebraw is-Sitt Ħadd ta’ matul is-Sena.

 

2. Nhar il-Ħamis wara l-quddies ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet.

 

3. Nhar il-Ġimgħa fis-7pm fil-Bazilika laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina.

 

4. Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm laqgħa għaż-żgħażagħ 18+

 

5. Wara t-terremot li seħħ fit-Turkija u s-Sirja din il-ġimgħa, f’kull knisja tar-Rabat se jinġabru ħwejjeġ, kutri u affarijiet oħra relatati ta’ kontra l-kesħa. Il-Kunsill Lokali mbagħad ser jiġborhom minn kull knisja tar-Rabat nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar filgħodu biex dawn l-oġġetti jinbagħtu mal-container lil dawn ħutna li għaddejjin minn dan iz-zmien difficli.

 

6. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website www.knisja.mt

 

7. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

 

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 5 TA’ FRAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-Sena u Jum il-Ħajja.
  1. L-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Il-Ħadd l-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta l-kummiedja soċjali “Inkwiet fil-Kerrejja” fis-Sala Dun Karm Lia fis-7.00pm. Biljetti mal-bieb.
  1. Nhar il-Ħamis lejliet il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, ikollna quddies fl-4.30pm u fis-6.00pm.
  1. Nhar il-Ġimgħa festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd jiġifieri fis-6am, fis-7.30am, fid-9.00am Quddiesa Kantata, fl-10.30am Quddiesa speċjali għat-tfal, f’12pm u fis-6pm.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 29 TA’ JANNAR 2023

  1. Għada/Illum niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-Sena.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar il-Ħamis mistednin bħala Parroċċa biex nanimaw u nieħdu sehem fl-Adorazzjoni u l-Quddiesa fis-6.30pm fis-Seminarju tal-Arċisqof fejn flimkien nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
  1. Nhar il-Ħamis jibdew il-15-il Ħamis ta’ Santa Rita fil-Knisja ta’ San Mark. Fil-5.15pm Rużarju u Kurunella u fis-6.00pm Quddiesa u talba lil Santa Rita.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikollna l-Adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm
  1. Nhar is-Sibt fis-6.00pm tkun ċelebrata il-Festa ta’ Sant’Agata fil-Knisja ddedikata lilha.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mil-1 sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta kummiedja soċjali fis-Sala Dun Karm Lija nhar is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta’ Frar fis-7.00pm. Biljetti mal-bieb.
  1. Infakkru li nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Bażilika. Nirringrazzjawkom tal-ġenerosità tagħkom.
  1. Navżawkom li l-Ewwel Tqarbina se tkun ċelebrata nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fl-4.30pm u l-Griżma tal-Isqof tkun ċelebrata nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fis-6.00pm.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 22 TA’ JANNAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw it-Tielet Ħadd ta’ matul is-Sena.
  • Il-Ħadd fis-5.45pm Translazzjoni mill-Knisja ta’ San Publju u Quddiesa Kantata fis-6.00pm fl-okażżjoni tal-Festa ta’ San Publju fejn fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. Nhar it-Tnejn fis-7.30pm issir il-laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir laqgħa għall-Fratelli fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar l-Erbgħa fis-6.00pm Quddiesa Kantata fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Nhar il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. Nhar is-Sibt wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir laqgħa bit-tema “Nieħdu ħsieb s-Saħħa Mentali” organizzata mill-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Navżawkom li l-Ewwel Tqarbina se tkun ċelebrata nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fl-4.30pm u l-Griżma tal-Isqof tkun ċelebrata nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fis-6.00pm.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 15 TA’ JANNAR 2023

1. Il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità ta’ l-Epifanija tal-Mulej.

– Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

– Għada/Illum fil-5.00pm Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament organizzata mill-Arċikonfraternità tas-Sagrament li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Katakombi, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba, Ċagħki, Ferris, Kola Xara, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa. Kif tidħol il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali.

– Fis-6.00m Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

2. Nhar it-Tnejn l-Għaqda Kompensatriċi ser żżur il-Parroċċa tas-Siġġiewi fejn jingħad ir-Rużarju u wara ssir Quddiesa. Tluq minn Triq Santa Rita fil-5.00pm.

3. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm ser issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

4. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu jkollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

5. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Santu Wistin ser tiġi ċċelebrata il-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bit-tberik tal-bhejjem, annimali u pets. Fl-10.00am issir il-Quddiesa u wara jkun hemm il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Sant’Anton Abbati. Wara l-purċissjoni jsir it-tberik fil-Pjazza Santu Wistin u tingħata tifkira lil kull min jieħu sehem.

6. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 8 TA’ JANNAR 2023

1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ l-Epifanija tal-Mulej.

– Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

– Għada/Illum fil-5.00pm Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament organizzata mill-Arċikonfraternità tas-Sagrament li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Katakombi, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba, Ċagħki, Ferris, Kola Xara, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa. Kif tidħol il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali.

– Fis-6.00m Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

2. Nhar it-Tnejn l-Għaqda Kompensatriċi ser żżur il-Parroċċa tas-Siġġiewi fejn jingħad ir-Rużarju u wara ssir Quddiesa. Tluq minn Triq Santa Rita fil-5.00pm.

3. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm ser issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

4. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm bħas soltu jkollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

5. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Santu Wistin ser tiġi ċċelebrata il-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bit-tberik tal-bhejjem, annimali u pets. Fl-10.00am issir il-Quddiesa u wara jkun hemm il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Sant’Anton Abbati. Wara l-purċissjoni jsir it-tberik fil-Pjazza Santu Wistin u tingħata tifkira lil kull min jieħu sehem.

6. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt