Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 13 TA’ NOVEMBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw it-33 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.

2. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

3. It-Tberik ikompli nhar it-Tnejn b’dawn it-Toroq:

– R. Saliba, J. Muscat, Taċ-Ċagħki u Kan. Gatt Said.

4. Nhar l-Erbgħa ser issir Laqgħa ta’ Formazzjoni organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi għal kulħadd fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa fin-Nigret, fl-4.30pm jingħad ir-Rużarju, fil-5.00pm Quddiesa. Wara jkun hemm “break” u fis-6.30pm ikun hemm taħdita minn Fr. Sean Abela.

5. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

6. Nhar is-Sibt fis-7.00pm Cinema Night organizzata mill-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru Pastorali.

7. L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.

8. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.

9. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

10. Tista’ tordna l-ponsiette mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 06 TA’ NOVEMBRU 2022

Għada/Illum niċċelebraw it-32 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.

Għada/Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.

Matul din Il-Ġimgħa jkollna dan li ġej:

  • It-Tberik fid-djar ikompli kif ġej:
  • Nhar it-Tnejn: Triq San Ġwann l-Għammied.
  • It-Tlieta: Toroq Kola Xara u Stivala
  • Il-Ħamis: Triq San Patrizju
  • Il-Ġimgħa : Toroq Ferris u San Luqa
  • Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  • Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm issir laqgħa għall-fratelli.
  • Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  • Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir laqgħa għall-ġenituri kollha li uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof is-sena ddieħla.

Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.

L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ OTTUBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw it-31 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena. Infakkrukhom li dan il-lejl ndawru/dawwarna l-arloġġ siegħa lura.

2. Matul din il-ġimgħa jkollna dan li ġej:
a) Nhar it-Tnejn nbierku Toroq Sant’ Aristarku u San Tumas. Fis-6.15pm Quddiesa fil-Kappella ta’ Qasha f’għeluq ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Ruzarju.

b) Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin Kollha.
Fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fejn huma mistiedna jilbsu tal-qaddis favorit tagħhom bis-sehem tal-Kor tat-Tfal. Navzawkom ukoll li xi tfal u kbar se jkunu qegħdin iduru fit-toroq iħabbtu l-bibien biex jinġabar ikel għal nies fil-bzonn fil-parroċċa tagħna. Inħeġġu lit-tfal u l-kbar biex jingħaqdu magħna f’din l-attività u l-ikel li jinġabar jiġi pprezentat fil-Knisja waqt il-quddies tad-6.00pm.

c) It-Tlieta wkoll ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl u iktar vokazzjonijiet.

d) Nhar l-Erbgħa t-2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet
Il-quddies filgħodu jkun fis-6.00am, 6.30am, 7.00am, 7.30am, 8.00am u 8.30am.
Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata bl-Għasar għal dawk li mietu bejn Novembru 2021 u Ottubru 2022 bis-sehem tal-Kor Bazilika San Pawl. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra fil-Bazilika, fl-Oratorju u fil-Grotta ta’ San Pawl.

e) Nhar il-Ħamis 3 ta’ Novembru fis-6.00pm Quddiesa fil-Kannierja u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Il-quddiesa tas-6.00pm fil-Bazilika ma ssirx. Matul Novembru l-Kannierja tkun miftuħa ix-xahar kollu fil-ħin tal-quddies.

f) Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru fl-4.30pm Quddiesa fiċ-Ċimiterju Santa Margerita u wara jsir it-tberik tal-oqbra.

g) Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar għalhekk issir l-Adorazzjoni organizzata wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

h) Nhar il-Ħadd fid-9.00am issir Quddiesa għall-Erwieħ tas-Saċerdoti li servew fil-Parroċċa tagħna kif ukoll għas-soċi tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru.

3. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra għall-bzonnijiet tal-Bazilika tagħna.

4. Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxijiet u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
5. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 23 TA’ OTTUBRU 2022

    1. Għada/Illum niċċelebraw it-30 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Għada/Illum hija il-Ġurnata Missjunarja, il-ġbir kollu jmur għall-bżonnijiet tal- Missjoni.
    1. Nhar it-Tnejn  ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:

    It-Tnejn – Toroq Ħal Tartarni u Nutar F. Catania

    Il-Tlieta – Triq San Piju V

    Il-Ħamis  – Misraħ San Duminku u Vincenzo Ciappara

    Il-Ġimgħa – Triq San Trofimu

    1. Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl.
    1. Nhar il-Ġimgħa l-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Pellegrinaġġ għal Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq fit-3.30pm minn Triq Santa Rita. Biljetti mingħand il-Membri tal-istess Għaqda.
    1. Nhar il-Ġimgħa ftuħ tal-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
    1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 16 TA’ OTTUBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw id-29 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Illum is-Sibt fis-6.00pm tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof għall-Adolexxenti bniet  fil-Bażilika tagħna.
    • Għada/Illum fid-9.00am tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof għall-Adolexxenti subien fil-Bażilika wkoll.
    • Il-Quddiesa tal-10.30am għall-nhar il-Ħadd biss tibda fil-11.00am.
    • Għada/Illum bħala parti mill-Festa ta’ San Luqa fin-Nigret fl-10.30am Quddiesa għall-Anzjani minn Rev. Fr. Joe Fsadni, l-ewwel Rettur taċ-Ċentru Pastorali San Luqa. Mistiedna speċjali huma dawk ol-anzjani li jgħixu weħidhom f’darhom. Wara l-quddiesa huma mistiedna għal ikla flimkien fiċ-Ċentru.
    • Nhar it-Tlieta Festa Tfal: Fis-6.30pm quddiesa jqaddes Fr. John Buhagiar, Rettur taċ-Ċentru. Wara jkun hemm logħob għat-tfal, kant u zfin u stand tal-ikel u xord. It-tfal l-familji huma mistiedna.
    • Nhar is-Sibt Festa familja fis-6.30pm Quddiesa jqaddes ir-Rev. Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi. Wara jkun hemm kant u spettaklu u diversi platti ta’ ikel u xorb. Kulħadd mistieden.

2. Nhar it-Tlieta ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
It-Tlieta – Ġorġ Borg Olivier
Il-Ħamis – Vinċenz Ferreri u Merħliet
Il-Ġimgħa – Tat-Torri u Pawlu Xuereb

3. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.

4. Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ottubru il-Quddiesa tas-6.00pm ser tibda fil-5.00pm.

5. Għada/Illum fil-Knisja tal-Patrijiet Konventwali (Knisja ta’ San Franġisk) qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Madonna tas-Saħħa d’dan il-programm:

  • Nhar il-Ħadd Jum il-Festa jkun hemm Quddies fis-6.30am u fit-8.00am Quddiesa mmexxija mir-Rev. Arċipriet il-Kanonku Dun Joseph Mizzi.
  • Ikun hemm Quddiesa wkoll fid-9.30am u l-10.30am
  • Fil-5.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u wara purċissjoni bil-kwadru mirakuluż u fl-aħħar Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem l-Knisja mmexxija mill-Provinċjal ir-Rev. Patri Colin Sammut.

6. Nhar il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ottubru nfakkru li taħbat il-Ġurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-Missjoni.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 09 TA’ OTTUBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw it-28 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
    • Għada/Illum ser ikun hawn xi voluntiera ta’ Hospice Malta li ser ikunu jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-Knisja wara l-Quddies. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi u ngħinu l-Hospice Malta aħna wkoll.
  1. Nhar it-Tnejn fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali.
  • Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
  • It-Tnejn – A. Curmy u R. Sammut
  • It-Tlieta – Inguanez u Sta. Katarina
  • Il-Ħamis – San Mikiel, San Bastjan u San Rokku
  • Il-Ġimgħa – San Dwardu, Santa Roża, Pjazza forok u Triq ir-Rgħajja
  1. Nhar is-Sibt tkun ċċelebrata l-Grizma tal-Isqof għall-Adoloxxenti bniet fis-6pm u l-Ħadd għall-Adoloxxenti subien fid-9am hawn fil-Bazilika. Il-quddiesa tal-10.30am għall-Ħadd li ġej biss tibda fil-11am.
  1. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 02 TA’ OTTUBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-27 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.
  1. Minn għada t-Tnejn jerġa’ jibda l-katekizmu fiċ-Ċentru tan-Nigret kif ukoll fil-Museum tas-Subien. Fr John bagħat javza lill-ġenituri d-data u l-ħin li uliedhom iridu jattendu fihom waqt li s-Superjur javza li l-ġranet tad-duttrina fil-Museum taċ-Ċagħki huma t-Tlieta u l-Ġimgħa bejn s-5.45pm u s-6.30pm. Importanti ħafna li nibgħatu t-tfal għall-formazzjoni nisranija tagħhom.
  1. Minn għada t-Tnejn jibda jingħad ir-Ruzarju fil-Kappella ta’ Qasgħa fil-5.30pm mill-membri tal-Legion of Mary għax-xahar ta’ Ottubru. Ir-Ruzarju jingħad hawn fil-Bazilika wara l-Quddiesa tas-6am u quddiem Ġesu Espost fil-5.30pm.
  1. Għada t-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar l-Erbgħa ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm ssir il-laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrini li uliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof. Fis-6.30pm se jkun hawn is-saċerdoti disponibbli għall-Qrar.
  1. Nhar il-Ħamis fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Familja.
  1. Nhar il-Ġimgħa se ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal kollha fis-6.00pm Quddiesa fil-Bazilika u wara Ruzarju animat għat-tfal quddiem l-istatwa tal-Madonna restawrata mill-ġdid fuq iz-zuntier.
  1. Nhar is-Sibt fid-9.00am ssir il-prova għall-Adoloxxenti Bniet u fl-10.30am għall-Adoloxxenti Subien.
  1. Nhar is-Sibt filgħaxija ssir Pasta Night fiċ-Ċentru tan-Nigret.
  1. Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tal-10.30am isir il-mandat tal-Katekisti. Nattendu lkoll flimkien biex nagħtu bidu għal din is-sena kateketika.
  2. Minn għada t-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:

It-Tnejn – Tal-Virtu u Pietru Caxaru

It-Tlieta – Godwin Ganado

Il-Ħamis – Francesco Azzopardi

Il-Ġimgħa – G. Caruana u C. Fiamingo

  1. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  2. Id-distributuri tal-fuljett Flimkien huma ġentilment mitluba jiġbru l-fuljett mis-Sagristija. Grazzi bil-quddiem.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-26 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.

Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.

  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikolla kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Nhar il-Ħadd fil-Quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex iġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.
  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.
  1. Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
  1. Minn nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.00am jibda jingħad ir-Rużarju.
  1. Minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ottubru fid-9.15am ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw l-25 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.

Għada/Illum fil-quddies kollu ssir il-ġabra ta’ kull sena favur l-Art Mqaddsa. Jekk jogħġobkom inkunu ġenerużi.

 

  1. It-Tlieta se tkun organizzata attività għat-tfal kollha bl-isem ta’ camp fire fuq iz-zuntier tal-Knisja. Nibdew bil-quddiesa tas-6pm hawn fil-Knisja u nkomplu bl-attivitajiet fosthom storytelling, mużika u daqq fuq iz-zuntier wara. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jattendu għal din l-attività qabel il-bidu tal-iskola.

 

  1. L-Erbgħa niċċelebraw il-296 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tagħna. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa Kantata bl-Għasar mmexxija mill-Arċipriet flimkien mal-Kleru u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

 

  1. Is-Sibt se tkun organizzata Pizza Night fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret. Biljetti mingħand Fr John Buhagiar.

 

 

  1. Il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.

 

 

  1. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.

 

  1. Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw l-24 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
  • Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
  1. Għada/Illum fil-Kappella tal-Imtaħleb festa ta’ Marija Bambina fis-6.00pm Quddiesa kkonċelebrata mir-Rev. Kanonku Arċipriet Dun Joseph Mizzi. Wara l-Quddiesa tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.
  1. Nhar il-Ħamis festa tal-BVM tad-Duluri fis-6.00pm Quddiesa Kantata u Prietka bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri.
  • Il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. Il-Ġimgħa fis-7.00pm fil-Bażilika issir Laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrinili uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-Sena. Minn jixtieq fis-6.30pm se jkun hawn Saċerdoti għall-Qrar.
  1. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej issir il-Festa ta’ Santa Katerina f’tad-Daħla. Quddiesa fis-6.30pm fil-Kappella ddedikata lilha.
  1. Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru fis-6.00pm ser issir Funzjoni tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tad-Duluri fil-Knisja tal-Madonna tad-Duluri fil-Ħamrun mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. L-Għaqda Kompensatriċi tavża li min jixtieq jattendi jaqta’ l-biljetti mingħand l-Membri tal-istess Għaqda. Tluq fil-5.00pm minn Triq Santa Rita.
  1. Nhar is-Sibt l-24 ta’ Settembru se tkun organizzata Pizza Night fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret. Biljetti mingħand Fr John.
  1. Nixtiequ nħabbru li s-Sur Jesmond Falzon mill-Parroċċa Tagħna ser jibda s-sena tan-Novizzjat tiegħu fi ħdan l-Ordni tal-Predikaturi. Il-vestizzjoni tiegħu sejra ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru ġewwa Milan l-Italja. Filwaqt li bħala Komunità nawgurawlu nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa Tagħna.