- This event has passed.
Jum il-Festa tal-Martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl
03/07/2022
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2022
Jum il-Festa tal-Martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl
6.00am Quddiesa tal-komunità parrokkjali.
7.30am Quddiesa għall-Fratelli u benefatturi tal-Festa.
8.30am Quddiesa Solenni konċelebrata mmexxija mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ il-paniġierku l-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex.
11.00am Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tibda l-marċ ta’ filgħodu u tferraħ dawn it-toroq: Virtù, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl u l-Kbira sal-Każin San Pawl, fost il-briju u l-kant tal-innijiet mir-Rabtin Pawlini. Fil-Pjazza tal-Parroċċa jittella’ spettaklu miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.
11.15am Quddiesa
6.00pm Quddiesa kantata bl-Għasar immexxija mill-W.R. Dun Sean Abela, saċerdot novell, bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
7.00pm Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tibda ddoqq fuq il-planċier fejn tilqa’ l-ħruġ tal-purċissjoni. Wara tkompli takkumpanja l-purċissjoni fejn iddoqq innijiet Pawlini.
7.15pm Purċissjoni bil-vara titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl u r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddes ta’ San Pawl immexxija mill-W.R. Dun Sean Abela flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa tul dawn it-toroq: Kulleġġ, Ġorġ Borg Olivier, Konti Ruġġieru, iKulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, San Ġużepp, L’Isle Adam, Santu Wistin, Saqqajja, Kbira, San Pawl sal-Pjazza tal-Parroċċa. Kif il-vara tidħol fil-knisja, jitkantaw l-Innu u l-Antifona ta’ San Pawl u tingħata l-Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Malti.
7.15pm Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni, jinħaraq salut, kaxxa Spanjola u wara murtali u murtaletti jakkumpanjaw il-purċissjoni.
9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq u tal-kulur.
10.00pm Kaxxa infernali hekk kif il-vara ta’ San Pawl tkun fil-Pjazza tal-Parroċċa.