Jum il-Familji: niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ

Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl Rabat

6.00pm: Quddiesa għall-koppji li matul din is-sena ċċelebraw jew ser jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Iqaddes il-Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl.

Jum il-Morda u l-Anzjani Rabtin

Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl Rabat

9.30am: Quddiesa għall-morda u anzjani Rabtin mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja. 7.00pm: Mument ta’ talb fil-preżenza tar-relikwija tal-Beatu Carlo Acutis fejn fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Ir-Relikwija tal-Beatu Carlo Acutis ser tkun esposta l-Bażilika għall-qima tagħna sal-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022.

L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum is-Servizz

Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl Rabat

8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali. 8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija. 6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Timon Mercieca u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-Liturġija u […]

It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Karità

8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali. 8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija. 6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. John Buhagiar u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri fi ħdan il-Kummissjoni Djakonija. Wara jitkanta […]

Shopping Basket