Avvizi Għall-ħadd

PROGRAMM CORPUS DOMINI

Dan huwa l-programm tal-Festa Solenni u Prinċipali tar-Rabat CORPUS DOMINI, li ser tkun iċċelebrata fil-Bażilika tagħna.
Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022: Solennità tal-Pentekoste
L-Għotja taż-Żejt lill-Grotta ta’ San Pawl
5.30pm: Offerta taż-Żejt lis-Santwarju tal-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mosta, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
6.00pm Quddiesa Kantata mill-W.R. Dun Sebastian Caruana, Arċipriet tal-Mosta.
It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2022
7.00pm: Pasta Night fuq iz-Zuntier organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.
Is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2022: Jum il-Familji: niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ
6.00pm: Quddiesa għall-koppji li matul din is-sena ċċelebraw jew ser jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Iqaddes il-Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl.
It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2022: Jum il-Morda u l-Anzjani Rabtin
9.30am: Quddiesa għall-morda u anzjani Rabtin mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja.
7.00pm: Mument ta’ talb fil-preżenza tar-relikwija tal-Beatu Carlo Acutis fejn fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.
Ir-Relikwija tal-Beatu Carlo Acutis ser tkun esposta l-Bażilika għall-qima tagħna sal-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022.
L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2022: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum is-Servizz
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Timon Mercieca u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-Liturġija u fejn ser jiġi mġedded il-mandat tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.
Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2022: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Karità
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. John Buhagiar u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri fi ħdan il-Kummissjoni Djakonija. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum il-Komunjoni
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Louis Farrugia u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
8.30pm: Festa Familja fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022: Lejliet il-Festa Solenni ta’ Corpus Domini
8.30am: Quddiesa Solenni mmexxija minn Dun Joe Fsadni flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
9.00am: Ħruq ta’ kaxxa spanjola, murtali u murtaletti.
4.30pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali mill-W.R. Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku.
6.00pm: Quddiesa Kantata mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet.
7.30pm: Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Imexxi l-Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet.
8.45pm: Inawgurazzjoni tal-Infjorata fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini.
9.00pm: Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tesegwixxi l-Programm Annwali fil-Pjazza tal-Parroċċa.
10.30pm: Logħob tan-nar tal-ajru.
11.30pm: Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022: Jum is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu
6.00am: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali.
7.30am: Quddiesa għall-benefatturi.
9.00am: Quddiesa Solenni Konċelebrata u mmexxija mill-E.T. Mons. George Frendo OP, Arċisqof Emeritus ta’ Tirane-Durres fl-Albanija, akkumpanjat mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa.
10.15am: Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-Santissmu Sagrament, b’waqfa quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk. Jakkumpanjaw it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, 1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja l-Purċissjoni b’innijiet sagri u Ewkaristiċi.
Minħabba l-Purċissjoni ma jkunx hemm Quddiesa fl-10.30am.
12.00pm: Quddiesa.
6.00pm: Quddiesa Solenni konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta, akkumpanjat mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
7.15pm: Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament, bis-sehem tal-Fratellanzi kollha tal-Parroċċa b’waqfiet quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u l-Knisja San Mark. Xħin il-purċissjoni tasal fil-Pjazza tal-Parroċċa jkun hemm mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat bis-sehem tat-Tfal mill-Parroċċa tagħna. Mad-dħul tal-Purċissjoni fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.
Waqt il-Purċissjonijiet ta’ filgħodu u filgħaxija jkun hemm ħruq ta’ murtali u murtaletti.
Il-Mużika fil-Festa ta’ Corpus Domini ser tkun tas-Surmast Carlo Diacono u titmexxa mill-Mro. Raymond Sciberras.
Jieħdu sehem il-Kor Bażilika San Pawl u elementi mill-Banda Konti Ruġġieru.
Matul il-jiem tat-Tridu ser ikun hawn saċerdoti disponibbli għall-Qrar fis-Sagristija u fil-Knisja ta’ San Publju.
It-Tlieta 21 ta’ Ġunju 2022
9:00am: Quddiesa fil-Bażilika għat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina li jattendu fl-iskola primarja tar-Rabat. Iqaddes il-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi.
5.30pm: Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru takkumpanja lill-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi mid-Dar Parrokkjali sal-Pjazza tal-Parroċċa. Hemmhekk issellem u tilqa’ lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta bid-daqq tal-Innu Pontifiċju.
6.00pm Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi u sħabu Saċerdoti oħra, mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2022: Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
6.00pm: Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.

Tags: No tags

Comments are closed.